IlQwiel gall5 Sena fi Stejjer Suerimenti malti skola

  • Slides: 12
Download presentation
Il-Qwiel għall-5 Sena fi Stejjer (Suġġerimenti) malti. skola. edu. mt

Il-Qwiel għall-5 Sena fi Stejjer (Suġġerimenti) malti. skola. edu. mt

Stephanie u nannitha kienu jinġiebu ħafna. In-nanna ta’ Stephanie kienet tħobb tgħinha fix-xogħol tal-iskola

Stephanie u nannitha kienu jinġiebu ħafna. In-nanna ta’ Stephanie kienet tħobb tgħinha fix-xogħol tal-iskola meta din kien ikollha xi diffikultà. Stephanie min-naħa tagħha kienet tgħinha billi tmur tixtrilha. Sewwa jgħidu li kull qalb trid oħra.

Nicolette xtrat arloġġ tad-ditta u marret tiftaħar bih l-iskola. Għadda xahar u għodwa waħda

Nicolette xtrat arloġġ tad-ditta u marret tiftaħar bih l-iskola. Għadda xahar u għodwa waħda Nicolette ndunat li l-arloġġ ma kienx għadu jaħdem. Tal-ħanut qalilha li l-ħsara li kellu tant kienet kbira li kien jaqblilha tixtri wieħed ġdid milli ssewwih! Sewwa jgħidu li mhux kull ma jleqq hu deheb.

Mark m’għamilx ix-xogħol mitlub minnu mill-għalliema. Għalhekk talbitu joħdilha l-firma t’ommu. Mark ħadhielha l-għada

Mark m’għamilx ix-xogħol mitlub minnu mill-għalliema. Għalhekk talbitu joħdilha l-firma t’ommu. Mark ħadhielha l-għada filgħodu iżda l-għalliema ssuspettat li l-firma kienet falza. Ma qalet xejn imma meta wasal Jum il-Ġenituri, uriet il-firma lil omm Mark. Meta rat il-firma, omm Mark qalet lill-għalliema li l-firma ma kinitx tagħha. Il-verità kienet inkixfet. Sewwa jgħidu li ż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.

Is-Sur Agius rebaħ somma flus ġmielha. Issa seta’ jagħmel dak li jixtieq. Seta’ jbiddel

Is-Sur Agius rebaħ somma flus ġmielha. Issa seta’ jagħmel dak li jixtieq. Seta’ jbiddel id-dar għal waħda akbar u aktar lussuża. Seta’ jixtri kull xorta ta’ rigali għal uliedu. Fuq kollox seta’ jsiefer safra mal-familja tiegħu għal pajjiż mixtieq. Sewwa jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar.

Jacob kien iħobb jistaqsi ħafna mistoqsijiet lill-membri tal-familja tiegħu. Dawn min-naħa tagħhom kienu jieħdu

Jacob kien iħobb jistaqsi ħafna mistoqsijiet lill-membri tal-familja tiegħu. Dawn min-naħa tagħhom kienu jieħdu pjaċir jirrisponduh meta kienu jarawh jinteressa ruħu f’kollox u għax fuq kollox kien jitgħallem dejjem aktar. Sewwa jgħidu li l-mistoqsija oħt il-għerf.

Annalise kienet ippreparat ruħha sew għall-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Kienet taf li ladarba studjat l-eżamijiet

Annalise kienet ippreparat ruħha sew għall-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Kienet taf li ladarba studjat l-eżamijiet kienu se jkunu aktar faċli u ma kinitx se ssibha diffiċli biex tirrispondi l-mistoqsijiet tal-karta. Kif jgħidu, għan-niżla kull qaddis jgħin.

Kien għadu kemm fetaħ ristorant ġdid u modern fil-Mosta. Sid ristorant fil-qrib sab li

Kien għadu kemm fetaħ ristorant ġdid u modern fil-Mosta. Sid ristorant fil-qrib sab li naqsulu l-klijenti minn mindu ġara dan. Dan minkejja l-ikel tajjeb li l-kċina tiegħu kienet toffri. Fetaħ qalbu ma’ ħabib tiegħu u qallu x’kien qed jiġri. Dan qallu li kien jinsab f’din is-sitwazzjoni għax ir-ristorant il-ġdid kien imżejjen bl-aqwa dekor possibbli u kien jgħaxxaq lil kulħadd bi ġmielu! Sewwa jgħidu li l-ewwel ma tiekol l-għajn.

Roderick kien iħobb jigdeb u jwaħħal f’ħaddieħor biex ma jeħilx hu meta jkun għamel

Roderick kien iħobb jigdeb u jwaħħal f’ħaddieħor biex ma jeħilx hu meta jkun għamel xi waħda minn tiegħu. Hekk ġara meta kisser vażun, għax waħħal fil-qattus! Iżda malli kien qed jgħid b’dan lil ommu, dlonk jitfaċċa missieru bil-qattus f’idejh. Kien għadu ġej bih mingħand il-veterinarju. Żgur li ma kienx il-qattus il-ħati! Sewwa jgħidu li l-giddieb għomru qasir.

Sandra kienet ilha titkessaħ fil-klassi. Il-ħin kollu ttellef lil sħabha. Veru li għaddiet siegħa

Sandra kienet ilha titkessaħ fil-klassi. Il-ħin kollu ttellef lil sħabha. Veru li għaddiet siegħa żmien, imma mil-lezzjoni ma fehmet xejn għax meta l-għalliema tathom ix-xogħol, hi baqgħet tħares fil-vojt lejn il-pitazz. Tgħidx kemm irrabjat magħha l-għalliema meta rat il-pitazz tagħha vojt. Sewwa jgħidu li wara d-daħq jiġi l-biki.

Jennifer kellha riħ u ma marritx skola għal ġimgħa sħiħa. Meta marret lura lejn

Jennifer kellha riħ u ma marritx skola għal ġimgħa sħiħa. Meta marret lura lejn l-iskola sabet li tilfet ħarġa sabiħa li kienet ilha tistenna. Barra minn hekk l-għalliema bidlitilha postha u kellha tpoġġi f’post waħedha. Jennifer ma ħaditx gost b’dan. Sewwa jgħidu li, il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.

Saħħa! malti. skola. edu. mt

Saħħa! malti. skola. edu. mt