DUN KARM PSAILA ILPOETA NAZZJONALI TWELID U TROBBIJA
DUN KARM PSAILA IL-POETA NAZZJONALI
TWELID U TROBBIJA § Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa ĦażŻebbuġ. § Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar. § Dun Karm jistqarr li kien tifel imqareb ħafna u ħadd ma seta’ jsib tarfu.
L-INFLUWENZA TA’ OMMU § Ommu, Lunzjata mwielda Pisani, (18311909) kienet mara twajba li ħalliet influwenza kbira fuq il-poeta. § Ta’ spiss isemmiha fil-poeżiji tiegħu u jasal biex jagħraf li kellha sehem importanti fl-għażla tal-vokazzjoni tiegħu: “… u fik, anġlu ta’ mħabba, omm għażiża, ftakart li… nissilt f’qalbi x-xewqa ta’ dan il-ħobż…” “. . . u forsi kienet bidu tal-oħra li wasslitni fil-quċċata tal-artal ma’ Ġesù. ”
IR-RELAZZJONI MA’ MISSIERU § Filippu Psaila (1828 -1892), missier il-poeta, minkejja li kien ġej minn familja talbdiewa, intefa’ fuq it-tbaħħir bejn Malta u l-Greċja. § Dan wassal biex il-poeta bena relazzjoni akbar m’ommu milli ma’ missieru. § Biex ifakkar il-mewt ta’ missieru, Dun Karm kiteb is-sunett bit-Taljan, A mio padre morto. § Fil-poeżiji tiegħu, il-poeta ta’ sikwit isemmi l-baħar, ngħidu aħna fil-poeżiji Żagħżugħ ta’ Dejjem, Kewkbet is-Safar u Il-Ġerrejja u Jien.
L-ISTUDJI § Wara l-istudji primarji, fil-21 ta’ Settembru 1885, daħal is. Seminarju biex ikompli l-istudji sekondarji. § Fl-1888, meta kellu 18 -il sena, beda l-istudji għal saċerdot. § F’din is-sena kiteb l-ewwel poeżija tiegħu bit-Taljan, Del mio genio primizio, iddedikata lill-Isqof Pietru Pace. § Ġie ordnat saċerdot ta’ 23 sena, fis-17 ta’ Mejju 1894.
IL-POEŻIJA BIT-TALJAN § Fl-1896 Dun Karm ħareġ l- ewwel ktieb ta’ poeżiji bit. Taljan, Foglie d’alloro. § Fih hemm ġabra ta’ 37 poeżija li kien kiteb bejn is-1724 sena. § Dik il-ħabta kien jgħallem l- Ingliż, it-Taljan u l-Latin fis. Seminarju.
BARRA MINN MALTA § Bħala qassis żagħżugħ, fl-1901 mar Londra u Pariġi. § Għamel waqfa wkoll f’Tuneż.
MA’XI ĦBIEB ŻEBBUĠIN DILETTANT TAD-DAQQ TAL-MANDOLINA
ŻMINIJIET IEBSA U TA’ SOLITUDNI § Fl-1909, ġarrab il-mewt t’ommu Lunzjata fl-età ta’ 78 sena. § Fl-1910, il-Kardinal La Fontaine, wettaq riforma fis-Seminarju u Dun Karm kellu jsib post alternattiv fejn joqgħod. § Kera post numru 52, fi Triq l-Ifran il-belt Valletta. § Għex għal 26 sena waħdu, ’il bogħod minn ħutu u sħabu f’solitudni kbira.
L-EWWEL POEŻIJA BIL-MALTI § 11 ta’ Jannar 1912 § Dun Karm jitlob l-għajnuna tal- Madonna biex jikteb l-ewwel poeżija bil-Malti. § Dan biex jikkuntenta lill-Mons. Pawl Galea u lis-Sur Ġużè Muscat Azzopardi li tħajru jibdew joħorġu lperjodiku Il-Ħabib. § Din il-poeżija jisimha “Quddiem Xbiha tal-Madonna. ”
SNIN TAD-DEHEB Fis-snin ta’ solitudni u niket, Dun Karm ħoloq l-aqwa xogħlijiet poetiċi tiegħu, fosthom: § § Lill-Kanarin Tiegħi Il-Vjatku Żjara lil Ġesù Il-Jien u Lil Hinn Minnu
L-EWWEL PUBBLIKAZZJONI BILMALTI Mejju 1914 § Dun Karm jippubblika l-ewwel 15 -il poeżija bil-Malti. § Il-ktejjeb semmieh “Ġemgħa talpoeżiji li chtibt bil-Malti” u kien jifforma n-numru 140 tar-rivista popolari Mogħdija taż-Żmien. § Il-benefattur ewlieni kien Alfons Maria Galea li bi flusu, għen kemm-il darba lil Dun Karm f’ħidmietu.
MEMBRU FL-GĦAQDA TAL-KITTIEBA TAL-MALTI 1920/21 § Titwaqqaf l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti li bdiet taħdem biex ikun hemm alfabett u ortografija waħda għall-Malti. § Dun Karm intgħażel fil-kumitat tagħha u kien membru wkoll filkummissjoni li bdiet taħdem fuq l-alfabett u l-ortografija.
MAĦTUR ASSISTENT BIBLIJOTEKARJU 1921 § Dun Karm jinħatar Assistent Biblijotekarju tal -Librerija Nazzjonali tal. Belt. § Żamm din il-kariga għal żmien twil u kien xogħol għal qalbu ferm.
GĦAJNUNA FID-DAR § Billi Dun Karm kien jgħix waħdu, kuġinuh Toni Pisani kien jibgħatlu lil bintu Pina biex tnaddaflu darba fil-ġimgħa. § Wara Pina bdiet tmur oħtha Ġannina li baqgħet iddur bih sakemm mardet serjament u mietet fil-15 ta’ Frar 1937. § Dun Karm kien japprezza ħafna xogħol Ġannina u ddedikalha diversi poeżiji.
5 TA’ APRIL 1922 Dun Karm inħatar Monsinjur Onorarju tal-Katidral.
ĦIDMA PASTORALI Dun Karm kien l-ewwel Direttur Spiritwali talmembri xebbiet tal-Leġjun ta’ Marija.
ĠUŻÈ BONNICI JOĦROĠLU “IT-TLIET KOTBA TAL-GĦANA” § X’Ħabb u x’ħaseb il-Poeta (1939) § X’Emmen il-Poeta (1939) § X’Għamel iżjed il-Poeta (1940)
POETA NAZZJONALI 1935 Laurent Ropa, fl-artiklu “Malta et sa littérature” f’La Grande Revue, isejjaħ lil Dun Karm “Poeta Nazzjonali”. “(Leur auteur, Mgr. Carmelo Psaila alias Dun Karm, fait figure de poète national)”.
MIDALJA TAD-DEHEB ĠUŻÈ MUSCAT AZZOPARDI § Dun Karm ingħata dan l- akbar unur bħala apprezzament tal-ħidma kbira tiegħu b’risq il-Malti u l-Letteratura fl-1946. § Kien il-Gvernatur Ingliż Sir Francis Douglas, li ta personalment lil Dun Karm din l-onorifiċenza.
L-INNU MALTI MIKTUB MINN DUN KARM § L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba fis-27 ta’ Diċembru 1922, fit-Teatru Manoel. § Fis-27 ta’ Frar 1941 saret talba mil-Logutenent Kurunell Roger Strickland biex l-Innu Malti jkun magħruf uffiċjalment mill-Kunsill tal-Gvern bħala l-Innu Nazzjonali. § L-Innu Malti huwa mniżżel kemm fil-Kostituzzjoni ta’ Malta tal-1964 kif ukoll tal-1974.
L-INNU MALTI MUŻIKA TA’ ROBERT SAMUT § Prof. Robert Samut speċjalizza fil -mediċina imma minn ċkunitu kien iħobb il-mużika. § Meta kien fl-Università ta’ Edinburgh, ħbiebu barranin talbuh ikantalhom l-innu ta’ pajjiżu u minn hawn intebaħ li Malta kienet għadha bla innu nazzjonali. § Meta rritorna pajjiżu, Samut ikkompona l-melodija li għaliha Dun Karm kiteb il-versi tal-Innu Malti.
INNIJIET LI JSAĦĦRU Dun Karm jibqa’ magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-Innu ta’ Filgħodu u l-Innu ta’ Filgħaxija, Fil-Ħlewwa ta’ Mejju u l-Innu Ewkaristiku li ħa fama internazzjonali.
DUN FRANS CAMILLERI: IL-FOTOGRAFU TA’ DUN KARM
L-aħħar ritratt tal-Poeta Nazzjonali
MEWT U DIFNA § Dun Karm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, fl-għomor ta’ 90 sena neqsin ħamest ijiem. § Huwa kien talab u qala’ permess biex jibni kappella personali fiċ-ċimiterju ta’ raħal twelidu fejn jinsab midfun illum.
“NON OMNIS MORIAR” “Iżda l-għanja ma tmutx; Minn taħt il-għatu Tal-qabar waħdu tibqa’ ħierġa safja Il-mewġa ddoqq li ġewwa qalbi ssawret fil-ħolma ta’ żgħożiti… Hekk il-poeta jgħanni meta tmissu l-id t’Alla: Ħabbar tas-sewwa, mera tas-sbuħija, kelmtu mis-sema, u min fis-sema tnissel la jixjieħ u la jmut. Il-poeta jintemm u l-għanja tibqa’. ”
GĦAŻIŻ GĦALL-PAJJIŻ § § Bosta persuni u għaqdiet taw ġieħ u baqgħu jfakkru lill. Poeta Nazzjonali wara mewtu. Is-soċjetà tal-kleru Christus Rex ġabret ilfondi biex isir bust talbronż għal Dun Karm maħdum mill-iskultur Ġorġ Borg.
KARMEN MIKALLEF BUĦAĠAR Tul ħajjitha, Karmen Mikallef Buħaġar ħadet ħsieb tqiegħed lapidi mal-postijiet marbutin mal -ħajja ta’ Dun Karm u ħarġet ilfondi għall-Konferenza Dun Karm li bdiet fl-1976.
IMFAKKAR MIŻ-ŻEBBUĠIN Fl-1971, fil-mitt sena minn twelidu, il-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ waqqaf mafkar f’ġieħu.
BIJOGRAFIJI U KRITIKA LETTERARJA Prof. Oliver Friggieri ppubblika Il. Poeżiji Miġbura ta’ Dun Karm u Dun Karm – Le Poesie Italiane flimkien ma’ għadd sabiħ ta’ kotba u numru kbir ta’ studji fuq il-Poeta Nazzjonali.
IL-MAFKAR TAL-POETA NAZZJONALI § Fis-sena 2000 l-Għaqda tal-Malti (Università) u l. Ministeru tal. Edukazzjoni waqqfu monument lil Dun Karm fil-Furjana. § Kull sena, fix-xahar ta’ Ottubru, l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom ifakkru lill. Poeta Nazzjonali.
“Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija, iżda le tbarri lil min hu ta’ ġewwa. ”
TMIEM Ħajr lil: Marlon Barbara Joseph P. Borg Ina Cutajar Phyllis Debono George Mifsud Thomas Pace Claire Zerafa http: //schoolnet. gov. mt/dunkarmpsaila http: //malti. skola. edu. mt http: //www. maltikurja. wordpress. com
- Slides: 34