UNIT 2 BNIEDEM SI 1 XBIEHA TA ALLA
UNIT 2: BNIEDEM SĦIĦ 1 XBIEHA TA’ ALLA Compiled by: Miriam Azzopardi
F’DIN IL-LEZZJONI Ø niddiskutu dwar Alla li hu l-awtur ta’ kollox u ħalaq kollox tajjeb; Ø il-bniedem huwa maħluq xbieha ta’ Alla – il-kapolavur tal-ħolqien; Ø il-virtu’ hija drawwa li tagħmel dak li hu tajjeb; Ø L-erba’ virtujiet Kardinali li jagħmlu lill-bniedem sħiħ: l-għaqal, il-qawwa, il-ġustizzja u lqies. 2
ü U RA ALLA LI ĦALAQ KOLLOX TAJJEB! ü IL-BNIEDEM HUWA KAPOLAVUR TAL-ĦOLQIEN. 3 Activity + clip
IL-VIRTU’ XI TFISSER IL-KELMA VIRTU’? IL-VIRTU’ HIJA DRAWWA SODA BIEX TAGĦMEL IT-TAJJEB. 4
FIL-KATEKIŻMU TAL -KNISJA KATTOLIKA: “Tippermetti lill-persuna umana li tagħmel mhux biss għemil tajjeb, imma wkoll li tagħti dak li hu l-aħjar fiha nnifisha. Persuna mżejna bil-virtu’, bilforzi kollha tagħha tar-ruħ u tal-ġisem, tinġibed lejn dak li hu tajjeb, tfittxu u tagħżlu b’għemil, bil-fatti. ” (KKK 1803) 5
SAN GIRGOR TA’ NISSA DWAR ILVIRTU’ “L-għan ta’ ħajja mżejna bil-virtu’ hu li ssir tixbah lil Alla”. Għalhekk bniedem virtuż hu bniedem li għandu ddrawwa li jagħmel it-tajjeb u allura huwa bnedem ta’ qawwa morali. Virtue makes you beautiful 6
IL-VIRTUJIET KARDINALI Qies Għaqal Qawwa Ġustizzja 7
L-GĦAQAL (PRUDENZA) L-għaqal hija dik il-virtu’ li tħejji r-raġuni prattika biex tagħraf fiċ-ċirkostanzi kollha x’inhu l-veru ġid tagħna u tagħżel il-mezzi ġusti biex jinkiseb. Fil-Ktieb tal-Proverbji naqraw li: “min moħħu jilħaqlu jqis sewwa l-passi tiegħu qabel jitkellem. ” (Prov 14, 15) 8 Case-study
IL-ĠUSTIZZJA B’ġustizzja ma nhimux biss meta min żbalja jingħata kastig, imma anke meta l-bniedem ikun rispettat u mogħti d-dinjita’ tiegħu. Il-ġustizzja hija virtu’ li tirregola wkoll irrelazzjonijiet ta’ bejnietna. 9 Case-study
IL-QAWWA Il-qawwa hija dik iddeterminazzjoni li nżommu sodi f’dak li mennmu fih, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi madwarna. Biha niġġieldu l-qtigħ ilqalb. 10 Case-study
IL-QIES (IT-TEMPERANZA) Il-qies, jew temperanza, huwa l-bilanċ li nżommu fl -affarijiet li nagħmlu. Meta f’ħajjitna m’hemmx regola, m’hemmx riga ma’ xiex inkejlu, inkunu nimxu bl-amment, bla qies u ċċans hu li nweġġgħu. 11 Case-study
IL-VIRTUJIET KARDINALI Aħseb ftit u ara liema minn dawn il-kwalitajiet għandek. Imbagħad qis ukoll fejn int dgħajjef. X’INHI DIK IL-ĦAĠA LI INTI MA TANTX GĦANDEK KONTROLL FIHA? 12
IL-VIRTUJIET KARDINALI FIL-JIEM LI ĠEJJIN IPPROVA OQGĦOD FTIT AKTAR ATTENT BIEX TGĦIX DIN IL-KWALITA’ AĦJAR U TARA KEMM TKUN AKTAR KUNTENT. Clip: Virtue makes you beautiful 13
- Slides: 13