Rosetta Banana tinten jew tfuh Rosetta Banana hanzira
Rosetta Banana tinten jew tfuh?
Rosetta Banana, hanzira helwa, bdiet tmur f`skola gdida w riedet taghmel hafna hbieb. Kien ga ilha gimgha tmur u hbieb ma ghamlitx anzi kienu jghidu li tinten u bdew isejhulha Rosetta Puff. Xtaqet tahrab mill-iskola tant kemm kienet imdejqa. Cesri l-papru beda jinkiha “Rosetta- Banana-fjuri-u-x`naf-jien, tinxtamm tinten minn kullimien” Rosetta ma felhitx izjed u bdiet tikbi. Qoton naghga kwieta rat kollox u marret tfarragha. Rosetta qalet li tinhasel fit-tajn li jkun fih petali tal-ward, gizimin u weraq tal-menta. Qoton tfixklet xi ftit u gietha idea u qalet lil Rosetta biex tistiden lil shaba kollha tal-klassi ghal-banju-tajn. Rosetta ferhet bl-idea. Qalet lil shaba u marret id-dar thejji il-banju. Tefghetlu hafna fjuri biex jigi jfuh. Kemm ferhet x`hin gew il-hbieb, fosthom Qoton u Cesri. Dawn xammew il-banju jfuh.
Ghall-ewwel bdew jahsbuha jaqbzux, imma mbaghad intefghu fit-tajn shun u jfuh. Kemm hadu gost u kemm laghhbu. Wara l-mama ta` Rosetta gabet friskatur kbir fl-ilma shun biex jitlahalhu. Kemm hassewhom friski. Qoton , li s-soltu tkun bajda taghti fil-griz saret roza, hassitha hafna rilassanti wara l-banju. U Cesari gie jleqq qisu mera.
U issa setghu jghidulha “Rosetta Banana-fjuri-u-x`naf-jien, tinxtamm tfuh , minn kullimkien”
Kemm hadu gost fil-banju specjali ta` Rosetta u fehmu li minkejja li Rosetta Banana kienet hanzira xorta kienet tfuh. Pero, mhux kollow kien spicca mall-banju, ghax wara fil-kcina kien hemm kejk taccikkulata a la Rosetta Banana jistennihom.
- Slides: 5