Qari mill Kbir huwa l Ewwel Ittra misteru
Qari mill. Kbir huwa l Ewwel Ittra -misteru tar ta’ San Pawl -reli ġ jon Appostlu lil tagħna Timotju 1 Tim 3, 14 -16
Għażiż: Qiegħed niktiblek dan, għalkemm għandi tama qawwija li ma ndumx ma niġi għandek. Imma biex, jekk indum ma niġi,
tkun taf kif wieħed għandu jġib ruħu fid-dar ta’ Alla, li hi l-Knisja ta’ Alla l-ħaj, kolonna u pedament tas-sewwa. Bla ebda dubju,
kbir hu l-misteru tar-reliġjon tagħna: Hu deher fil-ġisem, kien iġġustifikat bl-Ispirtu, deher lillanġli, ixxandar fost il-ġnus, emmnuh fid-dinja, ittieħed fil-glorja.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Kbar huma lgħemejjel tal. Mulej Salm 110, 1 -6
Inrodd ħajr lill-Mulej b’qalbi kollha, fil-laqgħa tat-tajbin flimkien miġbura. Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej; ifittxuhom dawk kollha li jitgħaxxqu bihom. R. Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej
Kollu ġmiel u kobor għemil il. Mulej; għal dejjem tibqa’ lġustizzja tiegħu. Waqqaf tifkira blgħeġubijiet tiegħu; twajjeb u ħanin il-Mulej. R. Kbar huma l-għemejjel tal. Mulej
Hu jagħti l-għajxien lil min jibża’ minnu, jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. Wera lill-poplu tiegħu lqawwa ta’ għemilu, meta qassam lilhom sehem il-ġnus. R. Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej
Hallelujah, Hallelujah Il-kliem tiegħek, Mulej, huwa spirtu uħajja; inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Hallelujah, Hallelujah
Lil Qari min Mill-Evanġelju jixbhu Ta’ n-nies San ta’ Luqa Lq 7, 31 -35 dan iż-żmien?
F’dak iż-żmien: il-Mulej qal: “Ma’ min se nxebbaħhom in-nies ta’ dan iż-żmien ? Lil min jixbhu?
Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda filpjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’
Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu,
‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!’ Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Miġburin hawn għaċ -ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr, nitolbu lil Alla biex nilqgħu bil-qalb il-kelma tiegħu u ma nkunux bħal dawk li ma jagħtux widen għaliha u jistmerrugħa għax jarawha iebsa wisq għalihom.
poplu A Ieqaf Mulej, mal-Knisja tiegħek hija u tħabbrilna l-misteru kbir tar-reliġjon tagħna u tistedinna nitħeġġu bl -imħabba. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Qanqal fil-bnedmin kollha sentimenti ta’ tjieba u mħabba u ressaqhom lejn il-Knisja tiegħek, kolonna u pedament tas-sewwa. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Uri t-tjieba u l-ħniena ma ’ kull min hu fil-bżonn u qanqal lilna biex ngħinuhom b’qalbna kollha. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Għinna nitlqugħ bil-qalb il-kelma tiegħek biex ngħożżuha u nagħmluha ħalli ma nkunux bla għaqal u bla dehen fl-imġiba tagħna. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. O Alla Missier ta’ kull tjieba, kun magħna llum biex kull ma nagħmlu u ngħidu jkun għall-glorja tiegħek. Bi Kristu Sidna. AMEN
- Slides: 23