Qari mill Jum il Ktieb tal Mulej jum
Qari mill. Jum il. Ktieb tal. Mulej, jum Profeta Ġoel ta’ dlam u Ġoël 1, 13 -15; 2, 1 -2 swied
Ilbsu l-ixkejjer, qassisin, u olfqu; newħu, qaddejja ta’ l-artal! Idħlu ġewwa, qaddejja ta’ Alla tiegħi, għaddu l-lejl bi lbies ta’ l-ixkejjer fuqkom!
Għax ebda offerta ta’ ikel u ta’ xorb ma tista’ ssir iżjed fid-dar ta’ Alla tagħkom! Ordnaw sawma, sejħu laqgħa mqaddsa,
iġbru x-xjuħ u ‘l kull min jgħammar fil-pajjiż, iġbruhom fit-tempju tal. Mulej, Alla tagħkom, u għajtu lill. Mulej! Jaħasra, x’jum dak!
Għax jum il-Mulej hu fil-qrib, ġej bħal qerda minn għand dak li jista’ kollox! Doqqu t-tromba f’Sijon, semmgħu laħbar minn fuq
il-muntanja qaddisa tiegħi! Ħa jitriegħdu dawk kollha li jgħammru fil-pajjiż, għax jum il. Mulej wasal, jinsab fil-qrib. Jum ta’ dlam u swied, jum ta’ sħab u ċpar magħqud!
Fuq il-muntanji, qisu ż-żerniq, jinfirex poplu kotran u qawwi li bħalu qatt fl-imgħoddi ma kien hemm anqas ma jkun warajh saż-żminijiet l-aktar imbiegħda.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil -ġustizzja Salm 9, 23. 6. 16. 8 -9
Infaħħrek, Mulej, b’qalbi kollha, inxandar għeġubijietek kollha! Nifraħ u nithenna bik: ngħanni lil ismek, int Alla l-Għoli. R. Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja
Ċanfart il-ġnus u qridt il-ħżiena; ħassart isimhom għal dejjem ta’dejjem. Waqgħu l-ġnus fil-ħofra li ħaffru; fix-xibka li ħbew inqabad riġilhom. R. Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja
Imma l-Mulej isaltan għal dejjem; iwaqqaf għall-ħaqq it-tron tiegħu. Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bilġustizzja; jiġġudika l-popli bissewwa. R. Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja
Hallelujah, Hallelujah Il-Mulej jgħid: Issa se jitkeċċa l-prinċep ta’ did-dinja; u meta nintrefa’ mill-art, jiena niġbed ilbnedmin kollha lejja. Hallelujah, Hallelujah
Jiena nkeċċ i x -xjaten Qari Mill-Evanġelju bis-saħħa tassaba’ ta’ Alla, Ta’ dan ifisser San li waslitilkom Luqa Lq 11, 14 -26 is-Saltna ta’ Alla
F’dak iż-żmien: Ġesu kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-Xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem; u n-nies stagħġbu. Imma xi wħud minnhom qalu:
“Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il. Princep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten. ” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu minn għandu sinjal mis-sema.
Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u dar taqa’ fuq oħra. Jekk ix-xitan ukoll hu maqsum fih innifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltan tiegħu?
Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta’ Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten. Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Begħelżebul,
mela wliedkom bis-saħħa ta’ min qegħdin ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu mħallfin tagħkom. Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten
bis-saħħa tas-saba’ ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla. Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur.
Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, dan jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom hu kien iserraħ rasu, u jqassam il-priża tiegħu.
Min m’huwiex miegħi, huwa kontra tiegħi: u min ma jiġborx miegħi, ixerred. Meta l-ispirtu ħażin joħroġ minn bniedem, huwa jmur jiġġerra u jfittex ilmistrieħ f’art niexfa,
u, billi ma jsibu mkien, jgħid, ‘Mela nerġa’ lura lejn dari mnejn ħriġt. ’ U xħin jiġi, isibha miknusa u kollox f’postu. Imbagħad imur iġib seba’ spirti oħra,
agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew. U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu f’qagħda agħar minn ta’ qabel.
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Aħna u ninsabu miġburin illum għaċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa, nroddu ħajr lill-Mulej Ġesu għaliex bil-mewt tiegħu qered il-mewt tagħna u bilqawmien tiegħu mill-imwiet tana ħajja ġdida.
poplu A Mulej Ġesu, int għidt li meta tintrefa mill-art tiġbed ilbnedmin kollha lejk, sejjaħ lillbnedmin kollha ta’ rieda tajba ħa jiksbu l-verita sħiħa fil. Knisja tiegħek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Mulej Ġesu, int għidt li l-prinċep ta’ din id-dinja tkeċċa ‘l barra; rażżan is-setgħat tal-ħażen li qed iheddu d-dinja biex ilbnedmin kollha jgħixu fis-sliem u l-paċi. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Mulej Ġesu, int għidt li min m’huwiex miegħek ixerred; iġbed lura lejk, lil dawk li mqarrqin b’tagħlim fieragħ qed jeħduha kontra tiegħek u kontra l-Knisja tiegħek, biex ma jintilfux għal dejjem. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Mulej Ġesu, int għidt li sakemm bniedem qawwi jgħasses il-palazz tiegħu ħwejġu jkunu fiż-żgur; wettaqna bil-grazzji tiegħek biex nifilħu ngħelbu t-tnassis ta’ l-għadu ta’ ruħna u ma nitilfux il-ġid ta’ dejjem. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Ġesu, Iben Alla l-ħaj; ara minn kemm tiġrib ninsabu mħabbta llum u x’firdiet hawn fostna; ieqaf magħna, eħlisna minn dan it-tiġrib u agħtina li ngħixu fis-sliem u l-paċi billi tħarrab minn fostna x-xjaten tal-firda. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. AMEN
- Slides: 33