POTER U POLITIKA ItTielet Tema Mr Anthony Borg
POTER U POLITIKA It-Tielet Tema © Mr. Anthony Borg
X’differenza tgħaddi bejn Poter u Politika? 2 © Mr. Anthony Borg
Introduzzjoni Il-ħajja hija ikkomplikata. Kieku ma jkunx hawn min imexxi, kieku diżorganizzazzjoni sħiħa jkun hawn. Xi ħadd irid jieħu r-riedni f’idejh, ħalli jagħti direzzjoni lis-soċjetà. Però, mhux kull soċjetà timxi bl-istess mod. Insibu li kulħadd għandu l-idea tiegħu differenti ta’ kif imexxi, x’jixtieq jara fis-soċjetà, x’jixtieq jara għall-futur, x’interessi għandi u ħafna parametri oħra. 3 © Mr. Anthony Borg
X’inhu l-Poter? Il-poter huwa l-kapaċità li persuna tinfluwenza lill-oħra u ġġiegħelha tagħmel dak li trid hi. 4 © Mr. Anthony Borg
U Politka x’inhi? Il-politika hija assoċjata mattmexxija ta’ pajjiż. Hija l-mezz kif il-poter u l-awtorità jiġu użati biex jintlaħqu ċertu għanijiet. Il-politika mhix għodda għall-poter iżda strument għas-servizz talpoplu. Mal-politika hemm assoċjat numru t’attivitajiet oħrajn relatati mat-tmexxija u t-teħid ta’ deċiżjonijiet. 5 © Mr. Anthony Borg
U hemm kelma oħra li għandi bżonn nkun naf: Demokrazija! Permezz tad-demokrazija, it-tmexxija tal -poplu hi fdata f’idejn nies maħtura millpoplu stess. Il-gvern jintgħażel permezz t’elezzjoni ħielsa u ġusti, fejn kull ċittadin hu liberu li jivvota skont l-opinjoni personali tiegħu. F’dan it-tip ta’ stat, kull ċittadin hu meqjus indaqs quddiem illiġi, kif ukoll jiġu mħarsa sew illibertajiet u d-drittijiet tiegħu. 6 © Mr. Anthony Borg
Cultivate Referral Sources Id-demokrazija sabet il-bidu tagħha aktar minn 2400 sena ilu. Ilkelma demokrazija ġejja minn żewġ kelmiet Griegi: demos li tfisser poplu u kratos li tfisser poter. Għalhekk demokrazija tfisser tmexxija mill-poplu, terminu li beda jintuża f’nofs il-5 seklu QK bħala isem għal sistema ta’ tmexxija li kienet teżisti dak iż-żmien f’xi bliet Griegi, fosthom Ateni. Kienet l-iktar forma ta’ tmexxija li tagħti vuċi lill-poplu. 7 © Mr. Anthony Borg
DEMOKRAZIJA Id-demokrazija titlob li l-ewwel nett, li jkollok tmexxija mill-maġġoranza. Titlob ukoll li ċ-ċittadini jkollhom id-drittijiet tagħhom rispettati. IL-KARATTERISTICI EWLENIN TA’ DEMOKRAZIJA: : Elezzjonijiet ħielsa: iċ-ċittadini huma ħielsa li jagħżlu huma lil min iridu li jirrappreżentahom fil-parlament. 8 © Mr. Anthony Borg
IL-KARATTERISTICI EWLENIN TA’ DEMOKRAZIJA: • Ugwaljanza: f’demokrazija kulħadd huma ndaqs: ħadd m’għandu drittijiet u opportunitajiet akbar minn ħaddieħor minkejja d-differenzi soċjali. • Pluraliżmu: l-informazzjoni tista’ tiksibha minn aktar minn post wieħed u hemm għażla ta’ gruppi li joffru ideat differenti. Għalhekk, f’demokrazija insibu diversi partiti politiċi, għaqdiet mhux governattivi, mezzi t’informazzjoni, gruppi ta’ pressjoni, għaqdiet reliġjużi u gruppi ta’ minoranza. 9 © Mr. Anthony Borg
IL-KARATTERISTICI EWLENIN TA’ DEMOKRAZIJA: • Ir-rappreżentanti li huma l-aktar popolari maċ-ċittadini isiru membri parlamentari li jirrappreżentaw lil dawk li vvutawlhom. Dawn, iżda, ikunu jaħdmu għal ġid tal-poplu kollu. • Tmexxija mill-maġġoranza u ħarsien taddrittijiet tal-minoranza: minkejja li jitla’ filgvern il-partit li l-aktar li ġab voti, id-drittijiet tal-minoranzi ma jistgħux jiġu minsija u injorati. © Mr. Anthony Borg 10
IL-KARATTERISTICI EWLENIN TA’ DEMOKRAZIJA: Parteċipazzjoni attiva fil-ħajja politika, kulturali u soċjali: demokrazija ma tieqafx biss b’elezzjoni. Iċċittadini għandhom id-dritt li jsemmgħu leħinhom ukoll f’kull deċiżjoni li ttieħed mir-rappreżentanti. Jistgħu ukoll jipparteċipaw ma’ gruppi ta’ pressjoni u interess, juru l-opinjoni tagħhom permezz tal-medja kollha, kif ukoll juru d-dissens tagħhom. • Tolleranza, koperazzjoni u kompromess: biex soċjetà timxi ‘l quddiem, iċ-ċittadini irid isibu ambjent fejn huma jistgħu jesprimu ruħhom bla biża’. Għalhekk importanti li ċ-ċittadini jittolleraw lil xulxin għax jistgħu jitgħallmu minn xulxin. Apparti t-tolleranza, jekk ma jintlaħaqx ftehim, jista’ jintleħaq kompromess biex kulħadd ikun ikkunsidrat, kif ukoll kulħadd jista’ jikkopera flimkien. 11 © Mr. Anthony Borg
IL-KARATTERISTICI EWLENIN TA’ DEMOKRAZIJA: • Protezzjoni u sigurtà: biex il-ħajja tkun kemm jista’ jkun bla inkwiet, iċ-ċittadini iridu jħossuhom protetti u siguri, bla biża’ minn ħaddieħor jew minn min għandu interessi li jagħmlulhom ħsara. 12 © Mr. Anthony Borg
Il-Pluraliżmu u t-tolleranza huma kruċjali f’soċjetà demokratika. Il-pluraliżmu jassumi li d-diversità hija ta’ ġid għas-soċjetà. Nistgħu ngħidu ukoll, li l-pluraliżmu jitlob li jkun hemm tolleranza: tolleranza bejn min għandu ideat, interessi, reliġjonijiet u razez differenti, bħala eżempji. Dan biex id-demokrazija tissaħħaħ u tkun aktar tirrispetta d-diversità fis-soċjetà. . . 13 © Mr. Anthony Borg
ID-DITTATORJAT BĦALA FORMA OĦRA TA’ TMEXXIJA F’pajjiż dittatorjali t-tmexxija tkun kollha kemm hi f’idejn partit politiku jew persuna waħda. Dan jista’ jseħħ kemm-il darba d-dittatur ikun ħa ttmexxija tal-pajjiż f’idejh bil-forza jew inkella ikun elett però imexxi bi ħruxija mingħajr ma jagħti leħen lilloppożizzjoni. Dan il-gvern jimponi u jeżerċita poter bla limitu fil-liġi, u ċċittadin irid dejjem jobdi. Id-dittatur jikkmanda fuq soċjetà oppressa u mbeżża’. Eżempji ta’ stati li huma dittatorjali huma l-Korea ta’ Fuq, xi stati tal-Afrika t’isfel u Kuba. 14 © Mr. Anthony Borg
Vantaġġi tad-demokrazija: • Meta l-prinċipji tat-tolleranza, koperazzjoni u kompromess huma mħaddna, fi stat demokratiku, ikun hemm aktar nies li jaqblu u allura anqas konflitti. • Iċ-ċittadini jistgħu jagħżlu lil min imexxihom. • Iċ-ċittadini huma involuti fit-tmexxija ta’ pajjiżhom, u flistess ħin jistgħu jagħtu sehemhom u jsemmgħu leħinhom permezz ta’ gruppi oħra u fuq il-midja soċjali. • Jista’ jkollok bidla: f’kas illi min imexxi ma kienx tajjeb biżżejjed, dan jista’ jinbidel permezz tal-elezzjoni li jmiss. • Hemm ugwaljanza: peress li kulħadd għandu vot wieħed irrispettivament mill-ġid u l-istatus fis-soċjetà. 15 © Mr. Anthony Borg
Żvantaġġi tad-demokrazija: • Il-poter, wara elezzjonijiet ħielsa u ġusti, jispiċċa f’idejn ftit nies. • Is-sistema ta’ tmexxija ma tkunx effiċjenti. Dan minħabba li biex tittieħed deċiżjoni, hemm proċess twil ta’ kontrolli biex jiġi evitat l-abbuż. • Ħafna jqisu li l-prinċipju li kulħadd indaqs permezz tal-vot li jingħata lil kulħadd, mhux iċ-ċittadini kollha huma infurmati u jafu jiżnu d-deċiżjonijiet bl-istess mod. B’hekk persuna mhux mgħarrfa għandha l -istess poter daqs persuna infurmata. 16 © Mr. Anthony Borg
Vantaġġi ta’ ditattorjat: • Stabbiltà: il-fatt li għandek persuna waħda li tmexxi, u tmexxi x’aktarx għal żmien twil, hemm anqas nies li jippruvaw jinfluwenzaw lill-oħrajn. • Ir-rata ta’ kriminalità hija baxxa minħabba biża’ minn kastig 2//1/YY 5/12/YY • Ħafna jgħidu li din is-sistema hija effiċjenti, għax meta tinqala’ problema, din tiġi solvuta mill-ewwel. Tista’ tkun ta’ vantaġġ jew żvantaġġ għaċ-ċittadini. Id-dittatur m’għandux bżonn jgħaddi minn proċessi sħaħ biex id-deċiżjoni li jieħu tkun approvat minn, per eżempju, l-parlament 17 © Mr. Anthony Borg
Żvantaġġi ta’ ditattorjat: M’hemm xejn li jikkontrolla u jwaqqaf lill-gvern. Ilgvern jista’ jagħmel kollox, anke kontra l-istess ġid taċ -ċittadini, mingħajr oppożizzjoni. Iċ-ċittadini jixbgħu minn din it-tip ta’ tmexxija. Ta’ spiss iseħħu rivoluzzjonijiet u jaqgħu dawn ilgvernijiet. Id-dittaturi iridu liċ-ċittadini li jobduhom. Għalhekk, libertà tal-kelma u l-għażla huma maħnuqa. Bħala riżultat, in-nies ikunu mxebbgħin u allura ma jkunux immotivati. In-nies jinqatlu għal kull xejn. Ħafna drabi iseħħu eżekuzzjonijiet għal ħafna atti kriminali żgħar li fissoċjetajiet tagħna jitħallsu b’ħabs. 18 © Mr. Anthony Borg
© Mr. Anthony Borg
- Slides: 19