Nibgat ilu fuq lart Qari millKtieb mhux ilu
Nibgħat ilġuħ fuq l-art, Qari mill-Ktieb mhux il-ġuħ tal-Profeta għall-ħobż, Għamos iżda għas. Għam 8, 4 -6. 9 -12 smigħ talkelma tal. Mulej
Isimgħu dan, intom li tonfħu għal min huwa msejken, intom li ttemmu l-foqra tal-pajjiż, u tgħidu, ‘Il-qamar ġdid meta se jgħaddi,
ħa nbigħu l-qamħ? Meta se jgħaddi s-Sibt ħa nferrgħu x-xgħir? Inċekknu l-efa, u nkabbru x-xekel, u nqarrqu b’miżien falz.
Nixtru bil-flus il-foqra, u b’żewġ iqrieq l-imsejkna, u nbigħu l-qamħ sal-karfa. ’ Jiġri f’dak il-jum, jgħid Sidi l-Mulej,
li jiena nġiegħel ix-xemx tinżel f’nofs in-nhar, u ndallam l-art bi nhar. Għad inbiddel il-festi tagħkom f’jiem ta’ vistu
u l-għana kollu tagħkom fi krib, inlibbes il-ġenbejn kollha bl-ixkejjer, u nqarwes l-irjus kollha.
Dak il-jum nagħmel bħal jum ta’ vistu għall-iben il-waħdieni, u jibqa’ sa l-aħħar bħala jum ta’ mrar. Ara, għad jiġi żmien, jgħid Sidi l-Mulej,
meta nibgħat il-ġuħ fuq l-art, mhux il-ġuħ għall-ħobż, anqas il-għatx għall-ilma, iżda għas-smigħ tal-kelma tal-Mulej.
Jibdew iduru minn baħar għall-ieħor, u jiġġerrew mit-tramuntana għal-lvant, ifittxu l-kelma tal-Mulej u ma jsibuhiex.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla Salm 118, 2. 10. 20. 30. 40. 131
Henjin dawk li jħarsu l-preċetti tal. Mulej, li jfittxuh b’qalbhom kollha. B’qalbi kollha jien fittixtek; la tħallinix nitwarrab mill-kmandamenti tiegħek. R. Mhux bil-ħobż biss jgħix ilbniedem, iżda b’ kull kelma li toħroġ minn fomm Alla
Tinfena qalbi l-ħin kollu bix-xewqa tad-digrieti tiegħek. Triq is-sewwa jien għażilt; id-digrieti tiegħek ħtart għalija. R. Mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla
Jien mxennaq għall-preċetti tiegħek; fis-sewwa tiegħek agħtina l-ħajja. Ftaħt fommi u ġbidt nifs ‘il ġewwa, għax xtaqt ilkmandamenti tiegħek. R. Mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla
Hallelujah, Hallelujah Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom, jgħid il-Mulej. Hallelujah, Hallelujah
Qari It-tabib ma Milljeħtiġuhx Evanġelju dawk li huma Ta’ f’saħħithom; San ħniena Mattew nistenna, u Mt 9, 9 -13 mhux sagrifiċċju Glorja
F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.
“Ejja warajja, ” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għallmejda, ġew bosta publikani u midinbin
u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Rawh il-Fariżej u qalu lid-dixxipli tiegħu:
“Għaliex jiekol mal-publikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom? ” U semagħhom u qal:
“It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma b’saħħithom iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri, ‘Ħniena nistenna,
u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Pres. Nilqgħu l-istedina li qed jagħmlilna l-Mulej illum biex infittxu fih il-mistrieħ għat-taħbit u toqol tal-ħajja ta’ llum u nitolbuh iwettaqna bil-kelma tiegħu.
poplu A Kun mal-Knisja, Mulej, hija u xxandar il-ħniena tiegħek liddinja u ssejjaħ il-midinbin għall-indiema u l-penitenza. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Qanqal fil-bnedmin kollha ta’ rieda tajba ġieħ kbir għallkelma tiegħek billi turihom li mhux bil-ħobż jgħix ilbniedem iżda b’kull kelma li toħroġ minn fommok. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Tħallix il-ħażen tad-dinja jhedded is-sħuħija fal-familji tagħna, iżda saħħaħ fihom ir-rabta ta’ l-imħabba billi xxerred fuqhom il-barkiet tiegħek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Għallimna nagħdru lil min jonqos mill-imħabba għalik u għal għajru u, bl-imġiba tagħna, ngħinuh jerġa’ lura għall-imħabbtek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Alla li tista’ kollox, int għidtilna llum li “tjieba trid u mhux sagrifiċċju”: għallimna nuru tjieba u ħniena ma’ kulħaddd biex ngħixu dejjem fl-imħabba ta’ xulxin. Bi Kristu Sidna AMEN
- Slides: 30