Minn dak li Qari gandi ser millKtieb ta
Minn dak li Qari għandi ser mill-Ktieb ta’ nagħtik: fll-Atti ta’ lisem ta’ Appostli Atti 3, 1 -10 Ġesù, imxi!
F’dak iż-żmien: Pietru u Ġwanni kienu telgħin lejn it-Tempju għat-talb tat-tlieta ta’ wara nofs innhar. U xi wħud kienu qed iġorru raġel,
magħtub minn ġuf ommu, li kienu jqegħduh kuljum ħdejn ilbieb tat-Tempju li jgħidulu s-Sabiħ, biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit. Tempju.
Dan, kif ra ‘l Pietru u ‘l Gwanni deħlin fit-Tempju, talabhom ilkarità. Pietru, kif ukoll Ġwanni, tefa’ għajnejh fuqu u qallu: “Ħares lejna. ”
Dak dawwar għajnejh fuqhom, bit-tama li jaqla’ xi ħaġa minn għandhom. Imma Pietru qallu: “Fidda u deheb ma għandix;
minn dak li għandi se nagħtik: fl-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret, imxi!” U qabdu minn idu l-leminija u qajmu. Minnufih tqawwewlu riġlejh u l-għekiesi,
u malajr qabeż fuq riġlejh u qabad miexi. U daħal magħom fit-Tempju, jimxi u jaqbeż bil-ferħ u jfaħħar ‘l Alla. In-nies kollha rawh jimxi u jfaħħar ‘l Alla;
għarfuh li hu kien dak li kien joqgħod jitlob il-karità ħdejn il-Bieb is-Sabiħ tat-Tempju. U baqgħu mistagħġba u miblugħa b’dak li ġralu.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah Salm 104, 1 -4. 6 -9
Faħħru l-Mulej u xandru ismu, għarrfu lill-ġnus kollha l-għemejjel tiegħu! Għannulu u doqqulu, xandru lgħeġubijiet tiegħu kollha. R. Hallelujah, hallelujah
Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu, tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l. Mulej! Agħrfu l-Mulej u l-qawwa tiegħu, fittxu ‘l wiċċu dejjem. R. Hallelujah, hallelujah
Nisel Abraham il-qaddej tiegħu, ulied Ġakob il-maħtur tiegħu, Il-Mulej hu Alla tagħna: il-ġudizzji tiegħu fl-art kollha. R. Hallelujah, hallelujah
Jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu, fil-kelma li ta għal elf nisel, fil-patt li għamel ma’ Abraham, fil-wegħda li ħalef lil Iżakk. R. Hallelujah, hallelujah
Hallelujah, Hallelujah Halleluljah Dan hu l-jum li għamel il. Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih! Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill. Evanġelju Ta’ San Luqa Lq 24, 13 -35 Glorja Għarfuh fil -qsim talħobż
Dak in-nhar stess fl-ewwel jum talġimgħa tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, sittin stadju ‘l bogħod minn Ġerusalem,
jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jistaqsu ‘l xulxin, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom.
Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: X’intom titħaddtu bejnietkom intom u mexjin?
U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuqhom. Imbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: Int waħdek f’Ġerusalem il-barrani
li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem? X’ġara? staqsiehom. Qalulu: Fuq Ġesù ta’ Nazaret, li kien profeta,
setgħan fl-għemil u fil-kliem quddiem Alla u quddiem il-poplu tagħna tawh biex ikun ikkundannat għallmewt u sallbuh. Aħna konna nittamaw
li hu kien dak li kellu jifdi lil Israel; iżda mbagħad, fuq kollox, ġà għaddew tlitt ijiem fuq dawn ilġrajja! Issa wkoll xi wħud min-nisa tagħna ħasduna,
għax marru kmieni ħdejn il-qabar u l-ġisem tiegħu ma sabuhx, u ġew jgħidu wkoll li dehrulhom xi anġli li qalulhom li hu ħaj.
Imbagħad marru ħdejn il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx!” Imbagħad qalilhom Ġesù:
“Kemm intom bla għaqal u moħħkom tqil biex temmnu dak kollu li qalu l-profeti! U ma kellux il-Messija jgħaddi minn dawn il-ħwejjeġ u hekk jidħol filglorja tiegħu? ”
U beda minn Mosè u lprofeti kollha ifissrilhom kull ma kien hemm fuqu fl-Iskrittura. Meta qorbu ħdejn ir-raħal fejn kienu sejrin, hu għamel ta’ birruħu li se jibqa’ sejjer ‘il bogħod.
Iżda huma riedu jżommuh u qalulu: “Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġà wasal biex jispiċċa. ” Imbagħad daħal joqgħod magħhom.
U waqt li kien fil-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qasmu u tahulhom. Għajnejhom imbagħad infetħulhom u għarfuh, iżda hu kien għab minn quddiemhom.
U wieħed lill-ieħor bdew jgħidu: Ma kinitx imħeġġa qalbna ġewwa fina waqt li kien qiegħed ikellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura? ”
Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalem. Hemm sabu l-Ħdax u ‘l sħabhom miġburin flimkien, u dawn qalulhom:
“Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun!” U huma wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq u kif għarfuh fil-qsim talħobż.
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: F’dan il-ferħ ta’ l-Għid imxerred ma’ kullimkien fid-dinja, nitolbu llum lill. Mulej Ġesu biex, kif fisser lid-dixxipli ta’ Għemmaws kull ma kienet tgħid l. Iskrittura fuqu u mbagħad urihom lilu nnifsu fil-qsim tal-ħobz, hekk lilna jurina lilu nnifsu kull darba li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa.
poplu A Mulej Ġesu, ieqaf mal-Knisja tiegħek hija u xxandar il-Kelma tiegħek u tiċċelebra l-misteri tassalvazzjoni tagħna. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Mulej Ġesu, agħmel li l-bnedmin kollha jilqgħu bil-ferħ il-Kelma tiegħek li mjwasslulhom il-ministri ta’ l-Evanġelju, biex igħożżuha f’qalbhom u jagħmluha. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Mulej Ġesu, ilqa' t-tifħir u l-qima li qegħdin nagħtuk fl-ispirtu u lverita' f’dawn il-ġranet ta’ ferħ bla qjies. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Ġesu Kristu, Iben Alla l-ħaj, wettaqna bil-grazzi tiegħek issa li ksibna ħelsien sħiħ bil-misteru ta’ l. Għid, u ieqaf magħna fit-tħabrik tagħna ħa niksbu l-hena tas-sema li t -tama tiegħu qed tferraħna fuq din lart. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. AMEN
- Slides: 40