Kif Niktbu Ittra Formali Formosa Irranata minn Ramon
Kif Niktbu Ittra Formali. . . Formosa Irranġata minn Ramon
Meta tkun se tikteb ittra ftakar dawn il-punti li ġejjin. Ikteb fil-qosor Ittra m’għandiex tkun itwal minn karta A 4. Meta qed niktbu ittra ma naqbżux linji ħlief bejn paragrafu u ieħor.
F’ittra għandek tikteb il-messaġġ tiegħek ċar u fil-qosor kemm jista’ jkun. Jekk tikteb fit-tul , min ikun qed jaqra jista’ jitlef l-interess
Il-kontenut tal-ittra Meta tkun qed tikteb ittra hu importanti li żżomm f’moħħok lil min qiegħed tikteb l-ittra. Jekk ser tikteb ittra lil nies li ma tafhomx u lil nies importanti trid tikteb b’mod pulit u formali.
Il-Format tal-ittra F’ittra formali is-sistema tradizzjonali kienet li jinkiteb l-indirizz tiegħek fuq il-lemin, iddata u l-indirizz ta’ min ħa jirċeviha fuq ixxellug.
Il-Metodu l-ġdid ta’ kif tinkiteb ittra formali huwa li qed naraw hawn taħt. F’dan il-każ lindirizzi jinsabu kollha fl-istess ġenb.
Ibda l-ittra billi tindirizza lill- persuna; eż Għażiż. . u tagħlaq l-ittra billi tikteb; Dejjem tiegħek. ek Kull paragrafu għandu jkun bejn 4 u 5 sentenzi u mhux itwal.
Ikkoreġi l-ittra Erġa aqra l-ittra u ara jekk għandekx żbalji qabel ma tibgħatha X’tipi ta’ ittri tista’ tikteb 1) Apoloġija biex tiskuża ruħek. 2) Biex tapplika għall-impjieg. 3) Biex tirringrazzja lil xi ħadd. 4) Biex tilmenta dwar xi ħaġa li mhix sewwa jew qed iddejqek 5) Biex tfaħħar lil xi ħadd.
- Slides: 8