IURKETT MAIKU Natalie Portelli Darba kien hemm omm
IĊ-ĊURKETT MAĠIKU Natalie Portelli
Darba kien hemm omm u binha Martin. Il-missier kien mejjet imma ħalla borża flus warajh. Ġurnata waħda, l-omm tat nofs il-flus lil Martin u qaltlu, “Ixtri ikel għal sena”.
Bil-flus Martin xtara lil Max il-kelb għax tħassru. Sidu kien isawtu ħafna.
Kif l-omm rat il-kelb ma ħaditx gost. L-għada lomm tat lil Martin il-kumplament tal-flus biex jixtri l-ikel imma minflok xtara lil Waska l- qattusa. L-omm tant irrabjat li tefgħetu ‘l barra bil-kelb u l -qattus.
Martin sab xogħol ma’ bidwi u ħadem ħafna. Wara sena l-bidwi offra lil Martin żewġ xkejjer, waħda bil-muniti tal-fidda u l-oħra mimlija birramel. Martin għażel ir- ramel u telaq.
Martin mexa sal-bosk fejn ra tfajla mdawra binnar. Pront tefa’ r-ramel u tefa n-nar. It-tfajla ħadet lil Martin fir-renju ta’ missierha. Irrakontat lil missierha kif dan il-ġuvni kien salva ħajjitha.
Ir-Re offrielu d-deheb imma, fuq parir tattfajla, talbu ċurkett maġiku. Ir-Re tah iċċurkett.
Martin reġa’ mar lura d-dar sinjur. Issa xtaq jiżżewweġ lit-tfajla. Għalhekk bagħat lil ommu tkellem lir-Re. L-omm sabet ruħha ħdejn ir-Re.
“Eċċellenza, inti għandek bint sabiħa għażżwieġ. Jien għandi iben sabiħ u intelliġenti u ma ssibx ieħor bħalu fir-renju kollu. ”
Ir-Re wieġeb, “Jekk li qed tgħid hu minnu, għid lil ibnek jibni kastell faċċata tat-twieqi tiegħi u ż-żwieġ isir. Jekk ma jagħmilx hekk se tiġu kkastigati t-tnejn li intom. ”
L-omm qalet lil Martin x’ried mingħandu r-Re. Martin uża s-saħħa kollha taċ-ċurkett maġiku u ħoloq tnax-il ġuvni. Hu tahom l-ordni u dawn obdewh.
Filgħodu kif ir-Re qam u ħaret mit-twieqi ra kastell isbaħ minn tiegħu. Għalhekk lil Martin għamlu duka u żewġu lil bintu.
Il-Prinċipessa kienet imdejqa għax ma kinitx tħobb lil Martin. Riedet biss iċ-ċurkett. Għalhekk meta kien rieqed, ħaditlu ċ-ċurkett minn sebgħu.
Il-Prinċipessa ġagħlet lit-tnax-il ġuvni jneħħu lkastell u minfloku jagħmlu tinda. Kif ir-Re nduna, ġiegħel lil Martin jagħmel xogħol iebes u wara qaflu ġo torri biex imut bil-ġuħ.
Max il-kelb u Wiska l-qattusa bdew jagħtuh l-ikel bil-moħbi. Ġurnata waħda, waqt li Wiska l-qattusa kienet qed tipprova taqbad x’tiekol, qabdet lir-re tal-ġrieden.
Dan wiegħed li jekk ma tiklux iġibilha ċċurkett maġiku mingħand il-prinċipessa.
Billejl, wieħed mill-ġrieden, daħal inkiss ħdejn il-prinċipessa. Kif kienet rieqda ħadilha ċċurkett maġiku.
Ir-re tal-ġrieden ta ċ-ċurkett lil Wiska lqattusa. Din tatu lil Martin.
Martin ordna lit-tnax-il ġuvni ħafna ikel u xorb. Imbagħad talab għall-mużiċisti u ħalliehom idoqqu ġurnata sħiħa. In-nies tal-belt ferħu b’dik il- mużika hekk sabiħa u marru jkellmu lir-Re.
Martin ordna li jerġa’ jinbena l-kastell millġdid. Wara ordna li jerġgħu jġibu lil martu u joħduha fil-kamra tagħha.
Martin u r-Re telqu mit-torri u marru fil-kastell ilġdid. Il-prinċipessa kienet qed tistenna mbeżżgħa.
Martin qal lir-re, “Re u missier, jien batejt ħafna minħabba bintek. X’inhi l-aħjar ħaġa li ssir? ” Ir-Re talbu biex jaħfrilha u Martin hekk għamel.
Martin beda jgħix ħajja kuntenta ma’ martu’ u ma’ ommu fil-kastell. Max il-kelb u Wiska l-qattusa baqgħu jgħixu ma’ sidhom, dejjem għassa li ħadd ma jieħu ċ- ċurkett maġiku minn id Martin.
Tagħlima: Ħobb lill-annimali. Dejjem uri rispett.
- Slides: 24