ItTwelid ta Sidna es Kristu Quddiesa ta Billejl
It-Twelid Ċ ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa ta’ Billejl
Qari IIngħatalna iben. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 9, 1 -6 Ċ milied
Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir; Ċ milied
in-nies li joqogħdu f’art id-dlam dawl idda fuqhom. Int kattart il-ġens, kabbart l-hena; Ċ milied
huma ferħu quddiemek, bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad, bħalma jifirħu fi qsim il-priża. Ċ milied
Għax il-madmad li kien itaqqlu, u l-ħatar ta’ fuq spallejh, u l-bastun tal-argużin, Ċ milied
int kissirthom bħal f’jum Midjan. Ċ milied
Għax kull qorq li jħabbat fit-taqtigħa, kull mantell mgħar fid-demm Ċ milied
jispiċċa għall-ħruq, biex jieklu n-nar. Ċ milied
Għax tweldilna tifel, ingħatalna iben; is-setgħa tkun fuq spallejh, Ċ milied
u jsemmuh: Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-sliem. Ċ milied
Kbira tkun setegħtu, u s-sliem bla qjies fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. Ċ milied
Hu jwettaqha u jsaħħaħha bil-ħaqq u s-sewwa, minn issa u għal dejjem. Ċ milied
Il-ħeġġa tal-Mulej tal-eżerċti tagħmel dan. Ċ milied
Il-Kelma tal-Mulej. ℟. Irroddu ħajr lil Alla. Ċ milied
Salm 95 (96), 1 -2 a. 2 b-3. 11 -12. 13 ℟. Illum twildilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. Ċ milied
Għannu lill-Mulej għanja ġdida; għannu lill-Mulej fl-art kollha! Ċ milied
Għannu lill-Mulej, bierku ismu! Ċ milied
℟. Illum twildilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. Ċ milied
Ħabbru minn jum għal ieħor is-salvazzjoni tiegħu. Ċ milied
Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu, fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu. Ċ milied
℟. Illum twildilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. Ċ milied
Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art, ħa jħabbat il-baħar u kull ma fih, Ċ milied
ħa jifraħ ir-raba’ u kull ma fih, u jgħannu bil-ferħ is-siġar kollha tal-bosk. Ċ milied
℟. Illum twildilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. Ċ milied
Quddiem il-Mulej, għax ġej biex jagħmel ħaqq mill-art. Ċ milied
Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja, u mill-popli bis-sewwa tiegħu. Ċ milied
℟. Illum twildilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. Ċ milied
Qari IIDehret il-grazzja ta’ Alla lill-bnedmin kollha. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Titu. 2, 11 -14 Ċ milied
Għażiż, dehret il-grazzja ta’ Alla, għas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha; Ċ milied
hi trawwimna nwarrbu l-ħażen u l-ġibdiet tad-dinja, Ċ milied
Biex ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f’dan iż-żmien, Ċ milied
u nistennew it-tama hienja u d-dehra tal-glorja Ċ milied
tal-kbir Alla u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu. Ċ milied
Hu li ta lilu nnifsu għalina biex jifdina minn kull ħażen u jnaddafna Ċ milied
u jagħmel minna poplu magħżul għalih, poplu mħeġġeġ għall-għemil it-tajjeb. Ċ milied
Il-Kelma tal-Mulej. ℟. Irroddu ħajr lil Alla. Bilwieqfa Ċ milied
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Hallelujah. ℟. Hallelujah. Ċ milied
Lq 2, 10 -11 Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir: illum twildilkom Salvatur, Kristu l-Mulej! Ċ milied
℟. Hallelujah. Ċ milied
Evanġelju. Illum twildilkom Salvatur. Qari mill-Evanġelju skont San Luqa. 2, 1 -14 Ċ milied
F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Ċ milied
Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. Ċ milied
U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ċ milied
Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, Ċ milied
u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem - għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David Ċ milied
biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. Ċ milied
Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, Ċ milied
Fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda. Ċ milied
F’dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom billejl. Ċ milied
U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża’ kbir. Ċ milied
Iżda l-anġlu qalilhom: «Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, Ċ milied
«ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta’ David, Ċ milied
«twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. Ċ milied
«U bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura. » Ċ milied
F’daqqa waħda ngħaqdu mal-anġlu għadd kbir ta’ qtajja’ tas-sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu: Ċ milied
«Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!» Ċ milied
Il-Kelma tal-Mulej. ℟. Tifħir lilek Kristu. Bilqiegħda Ċ milied
- Slides: 58