It3 add talGid matul isSena B Kristu Rxoxt
It-3 Ħadd tal-Għid matul is-Sena B
Kristu Rxoxt Rahan tal-Maħfra tagħna
L-Ewwel Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli 3: 13 -15, 17 -19
Salm Responsorjali Salm 4 Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ wiċċek!
It-Tieni Qari mill-Ewwel Ittra ta’ S. Ġwann Appostlu 2: 1 -5 a
lleluja h llelujah
Il-Messija kellu jbati u jqum mill-imwiet fit-tielet jum.
L-Evanġelju Qari mill. Evanġelju ta’ San Luqa Lq. 24, 35 -48
F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws
kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħħom xi ġralhom fit-triq,
u f r a ħ g u n e i k f u ki lil Ġesù. ż b o ħ l a t m i s q fil
Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: «Is-sliem għalikom!»
Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma.
Iżda hu qalilhom: «Għaliex tħawwadtu?
Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu!
Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien. »
Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh.
Għandkom xi ħaġa tal-ikel hawn? »
Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u kielha quddiemhom.
Qalilhom: «Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet:
Jeħtieġ li jseħħ kull ma nkiteb fuqi fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u fis-Salmi. »
Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura.
U qalilhom: «Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet,
u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan.
, w a r a , a n e i j U m o k q u f t a ħ għ nib g i l k a d lil d e ħ għ e g i w. i r e i s s i M
Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu. »
Il-Kelma tal-Mulej It-Tifħir lilek Kristu
- Slides: 27