Insalva lmerla Qari tiegi minn millKtieb tal o
Insalva lmerħla Qari tiegħi minn mill-Ktieb tal ġo -Profeta ħalqhom, u Eżekjel Eż 34, 1 -11 ma tibqax aktar l-ikel tagħhom
F’dak iż-żmien; Il-Mulej kellimni u qalli: “Bin Adam, ħabbar kontra rragħajja ta’ Israel. Ħabbar u għidilhom lir-raghajja: Hekk jgħid Sidi l. Mulej:
Ħażin għalihom irragħajja ta’ Israel li jirgħu lilhom infushom! Jaqaw in-ngħaġ jirgħu lir-ragħajja? Intom tixorbu l-ħalib u tilbsu ssuf tagħhom, toqtlu n-ngħaġ imsemmna u lmerħla ma tirgħuhiex.
Id-dgħajfa ma saħħaħtuhomx, il-morda ma fejjaqtuhomx, u l-midruba ma dewwejtuhomx, lil dawk li tbiegħdu ma ġibtuhomx lura, anqas ma fittixtu l-mitlufa.
Iżda mexxejtuhom b’saħħa u b’qalb iebsa. U huma xterdu għax ma kellhomx ragħaj; u saru l-ikel ta’ kull bhima selvaġġa u xterdu. Intilfet ilmerħla tiegħi fuq kull muntanja u fuq kull għolja;
ma’ wiċċ l-art kollha xterdet il-merħla tiegħi, u ma hemm ħadd min jistaqsi għaliha, ma hemm ħadd min ifittixha. Għalhekk, ja ragħajja, isimgħu lkelma tal-Mulej. Daqsekemm jien ħaj, jgħid Sidi l-Mulej billi l-merħla tiegħi waqgħet priża,
u saret il-merħla tiegħi l-ikel ta’ kull bhima selvaġġa għax me kienx hemm ragħaj, u billi r-ragħajja tiegħi ma fittxewx il-merħla tiegħi, u r-ragħajja qagħdu jirgħu lilhom infushom bla ma jirgħu lmerħla tiegħi,
għalhekk, ja ragħajja, isimgħu lkelma tal-Mulej. Hekk jgħid Sidi l-Mulej: Arawni ġej għand ir-ragħajja, neħdilhom minn taħt idejhom inngħaġ tiegħi, u ma nħallihomx jirgħu iżjed ilmerħla.
U ma jirgħux iżjed ir-ragħajja lilhom infushom. U jiena nsalva l-merħla tiegħi minn ġo ħalqhom, u ma tibqax aktar l-ikel tagħhom. Għax hekk jgħid Sidi l-Mulej: Arawni, jiena nnifsi se nirgħa l-merħla tiegħi u nieħu ħsiebha. ”
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Il-Mulej hu rragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni Salm 22, 1 -6
Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. F’mergħat kollhom ħdura jqegħedni, ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; hu jrejjaqni. r/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.
Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba f’ismu. Imqar jekk mimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi. Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek huma jwennsuni. r/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni
Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi; biż-żejt tidlikli rasi, u l-kalċi tiegħi mfawwar. r/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni
Iva, it-tjieba u l-ħniena jimxu miegħi il-jiem kollha ta’ ħajti; u ngħammar f’dar il-Mulej maturl iż-żminijiet. r/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni
Hallelujah, Hallelujah Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija, u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill. Evanġelju Ta’ San Mattew Mt 20, 1 -16 Glorja Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?
F’dak iż-żmien: Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbaħ lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna isib nies għax-xogħol u jħaddimhom filgħalqa tiegħu taddwieli.
Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom il-għalqa. Ħareġ ukoll madwar id-disgħa ta’ filgħodu, ra oħrajn qegħdin filpjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll il-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom. ’
U marru. Reġa’ ħareġ għal nofs in-nhar, u mbagħad għal xi t-tlieta, u għamel l -istess. Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar reġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom,
‘Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn? ’Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna. ’ Qalilhom, ‘Morru intom ukoll ilgħalqa. ’ Għal filgħaxija mbagħad sid il-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu,
‘Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk ta’ l-ewwel. ’ Ġew dawk li daħlu għax-xogħol għal xi l-ħamsa u ħadu dinar kull wieħed.
Ġew ta’ l-ewwel u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed. Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu,
‘Dawn ta’ l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana. ’ Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom
“Ħabib, minn xejn ma nqastek jien, mhux b’dinar ftehimt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta’ l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek.
Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qieghed tgħir għax jien qalbi tajba? ’ Hekk ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta’ l-ewwel l-aħħar. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Aħna li għadna kemm smajna lil Kristu jħabbrilna l-kelma tiegħu, nitolbu il-grazzja li nilqagħuha u ngħożżuha bħala l-kelma talħajja li tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet ta’ qalbna.
poplu A Ieqaf Mulej mal-Knisja tiegħek hija u kuljum tħabbrilna l-kelma setgħana tiegħek biex turina t-triq tassema. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Sejjaħ fis-saltna tiegħek lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba u agħtihom il-ħlas mistħoqq ta’ egħmilhom fis-saltna ta’ dejjem. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Agħtina li nagħarfu dejjem lilek bħala l-aqwa ġid tagħna, iċċaħħadniex mix-xewqat tajba ta’ qalbna, u ilqa t-talb tagħna llum Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Mexxina mill-widien mudlama ta’ din id-dinja lejn il-mergħat ta’ dejjem biex ngħammru f’darek tul iż-żminijiet. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Alla tagħna agħmel li l-ħidma kollha tagħna f’dan il-jum tkun togħġbok; u biex taqlalna minn għandek kotra ta’ grazzi mis-sema. Bi Kristu Sidna. AMEN
- Slides: 34