IlQwiel gas6 Sena Tagrifa gallgalliema malti skola edu
- Slides: 6
Il-Qwiel għas-6 Sena Tagħrifa għall-għalliema malti. skola. edu. mt
Lista ta’ qwiel 1. Min jistenna jithenna. 2. Il-ftira sħuna tajba. 3. Erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn. 4. Ħu l-fama u mur orqod. 5. Qis mitt darba u aqta’ darba. 6. Min jitwieled tond ma jmutx kwadru. 7. Ma’ min rajtek xebbahtek. 8. L-għajta nofs il-bejgħ. 9. L-irħis għali. 10. Mit-taġen għal ġon-nar.
Modi kif tista’ tgħallem il-qwiel • Daħħal l-idea li l-qawl hu parti mil-lingwa, li nużawh fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk l-istudenti jistgħu jġibu l-qawl tagħhom mid-dar u jgħidu xi ħaġa dwaru. • Esponi l-qwiel madwar il-klassi ħalli l-istudenti jsiru aktar familjari magħhom. • Tkellem dwar il-qwiel mat-tfal billi turihom stejjer biex isiru familjari mat-tifsira tagħhom. (Fuq is-sit issib eżempji ta’ stejjer li jfissru l-qwiel. Issib ukoll attivitajiet li tista’ tagħmel mat-tfal sabiex dawn jifhmu l-qwiel u jibdew jużawhom fil-kitbiet tagħhom. )
• It-tfal jistgħu joħolqu l-istejjer tagħhom għall-qwiel. • Jista’ jinbena ktieb tal-qwiel min-naħa tal-istudenti. Dan il-ktieb jista’ jinżamm fil-librerija biex jinqara mill-istudenti u b’hekk dawn jieħdu aktar ideat kif jistgħu jintużaw dawn il-qwiel f’kuntesti differenti.
Kont taf? • Xi qwiel ġew meħuda minn kulturi jew lingwi barranin. • Hemm qwiel marbutin ma’ temi partikulari bħall-verità, ħajja, saħħa, xorti, fidi, tama u nuqqas ta’ ħsieb. • Huma bbażati fuq is-sens komun jew fuq l-esperjenza ta’ xi ħadd. • Iservu biex wieħed jitgħallem xi ħaġa minnhom. • Xi qwiel għandhom rima interna. Eż: Kliem ix-xiħ żomm fih. • Flok il-kelma qawl nistgħu ngħidu proverbju.
Saħħa! malti. skola. edu. mt