IlQwiel gas6 Sena fi stejjer Suerimenti malti skola

  • Slides: 12
Download presentation
Il-Qwiel għas-6 Sena fi stejjer (Suġġerimenti) malti. skola. edu. mt

Il-Qwiel għas-6 Sena fi stejjer (Suġġerimenti) malti. skola. edu. mt

Vanessa bdiet taħseb biex tixtri rigal għal ommha. F’ħanut rat vażun il-ġmiel tiegħu iżda

Vanessa bdiet taħseb biex tixtri rigal għal ommha. F’ħanut rat vażun il-ġmiel tiegħu iżda b’xorti ħażina, dan kellu girfa żgħira. Tal-ħanut qaltilha li kienet se ġġib għażla akbar ta’ vażuni fi żmien jumejn u li jekk tistenna ftit kienet se ssib xi ħaġa żgur ! Għalhekk Vanessa semgħet minnha u reġgħet lura lejn il-ħanut fi żmien jumejn. Hemmhekk rat għażla ta’ vażuni akbar minn fejn setgħet tagħżel rigal sabiħ għal ommha. Kif jgħidu, min jistenna jithenna.

It-Tnejn filgħodu Jamie kellu xi jgħid mal-ħabib tal-qalb tiegħu. Iddispjaċieh mhux ftit u xtaq

It-Tnejn filgħodu Jamie kellu xi jgħid mal-ħabib tal-qalb tiegħu. Iddispjaċieh mhux ftit u xtaq jirranġa mill-aktar fis għax ma riedx li jibqgħu miġġildin. Għalhekk iddeċieda li jkellmu fil-brejk għax xtaq li jerġgħu għal li kienu qabel mill-aktar fis possibbli. Ma xtaqx li jgħaddi ħafna żmien għax hekk il-biċċa bejniethom kienet tikber aktar. Fil-fatt għamel hekk u reġgħu rranġaw. Sewwa jgħidu li l-ftira sħuna tajba.

In-nannu ta’ Annabel kien iħobb jerfa’ kollox. Kont issiblu minn kollox. Il-mara tiegħu kienet

In-nannu ta’ Annabel kien iħobb jerfa’ kollox. Kont issiblu minn kollox. Il-mara tiegħu kienet dejjem tgerger bl-imbarazz iżda n-nannu ftit kien jagħti kasha għax jiġbor l-affarijiet kien u jiġbor baqa’! Darba n-neputija talbitu xi ritratti tal-antik għax kellha bżonnhom għal proġett tal-iskola. In-nannu dlonk mar ifittex fl -album tar-ritratti tiegħu u mela lin-neputija b’għażla liema bħalha. Sewwa jgħidu, erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn.

Helga kienet tfajla li tħobb iż-żfin u kienet żeffiena tajba mhux ftit. Fil-fatt kienu

Helga kienet tfajla li tħobb iż-żfin u kienet żeffiena tajba mhux ftit. Fil-fatt kienu jsibuha bħala Helga ż-żeffiena. Kienet tiżfen ma’ kumpanija taż-żfin. Lejla waħda kienet qed tiżfen fis-Sala Parrokkjali. Inzerta li dakinhar ma tantx kienet moħħha hemm u ħadet diversi żbalji fil-passi li kienet qed tagħmel iżda peress li kienet żeffiena tajba, ħadd ma qal xejn kontriha. Sewwa jgħidu, ħu l-fama u mur orqod.

Il-familja Cassar kienet ilha taħseb biex issiefer. Għalhekk marret il-Fiera tal-Ivvjaġġar u ħadet diversi

Il-familja Cassar kienet ilha taħseb biex issiefer. Għalhekk marret il-Fiera tal-Ivvjaġġar u ħadet diversi fuljetti biex tkun tista’ tiddeċiedi dwar fejn se tmur u ma’ liema aġenzija jaqblilha tmur. Il-familja damet tiddiskuti u tqalleb fil-fuljetti sakemm fl-aħħar qatgħetha li tmur safra ta’ ġimgħa ġewwa l-Ingilterra. Kif jgħidu, qis mitt darba u aqta’ darba.

Mark fi tfulitu kien tifel traskurat mhux ftit. Ommu dejjem kienet tgħidlu biex iżomm

Mark fi tfulitu kien tifel traskurat mhux ftit. Ommu dejjem kienet tgħidlu biex iżomm il-kamra pulita speċjalment l-iskrivanija għax dejjem kienet tkun mimlija kotba, karti u lapsijiet mitfugħin kif ġie. Mark kien isibha bi tqila biex jiżbarazza. Meta kiber mar jaħdem f’uffiċċju. Il-kap tiegħu kien kuntent bih iżda ma kienx iħares lejn l-iskrivanija tiegħu li ma jarahiex mimlija imbarazz. Kien iwissih li għad jitlef xi karta importanti minħabba f’hekk. Kif jgħidu, min jitwieled tond ma jmutx kwadru.

Anton kellu ħabib fuq ruħu mhux ħażin. Kull moda li kien ikun hawn, il-ħabib

Anton kellu ħabib fuq ruħu mhux ħażin. Kull moda li kien ikun hawn, il-ħabib t’Anton kien jippruvaha. Mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Anton għax dan kien tifel kwiet. Anton u l-ħabib tiegħu minn dejjem kienu jkunu flimkien u ma kontx tara lil wieħed mingħajr l-ieħor. L-iskola kienu jkunu dejjem flimkien u l-għalliema kienu jaħsbu li Anton kien tal-istess karattru bħal sieħbu peress li kienu jarawhom ta’ spiss flimkien. Sewwa jgħidu, ma’ min rajtek xebbahtek.

Darba kien hemm żewġt iħbieb bl-isem ta’ Pawlu u Ninu. Huma kienu bejjiegħa tal-monti.

Darba kien hemm żewġt iħbieb bl-isem ta’ Pawlu u Ninu. Huma kienu bejjiegħa tal-monti. Filwaqt li Ninu kien iħobb jgħajjat biex juri dak li kellu għall-bejgħ, Pawlu kien jintefa’ f’rokna u jistenna lin-nies biex jersqu lejh. Għalhekk Ninu kien jirnexxielu jbigħ mhux ħazin u jaqla’ ġurnata tajba, iżda Pawlu ma tantx kien jaqla’ flus. Sewwa jgħidu li l-għajta nofs il-bejgħ.

Is-sena l-oħra Audrey marret tixtri. Rat qalziet sabiħ ġewwa ħanut. Dan kien qed jinbiegħ

Is-sena l-oħra Audrey marret tixtri. Rat qalziet sabiħ ġewwa ħanut. Dan kien qed jinbiegħ bi prezz irħis. Ippruvatu, ġieha sew u għalhekk xtratu. Tgħidx kemm kienet ferħana li ma tantx kienet nefqet flus! Il-qalziet libsitu wara ġimgħa li kienet xtratu iżda malajr iddispjaċieha għax spiċċa biex infetqilha minn post li ma setgħetx tirranġah. Sewwa jgħidu, l -irħis għali.

Noel kien iħobb jistudja fil-kamra tiegħu. Darba minnhom iżda kien hemm nemusa ddur ma’

Noel kien iħobb jistudja fil-kamra tiegħu. Darba minnhom iżda kien hemm nemusa ddur ma’ rasu li bdiet iddejqu. Għalhekk iddeċieda li jmur f’kamra oħra biex jikkonċentra aktar. Iżda hemm sab li tant kien hemm sħana li ma setax jissaporti u spiċċa f’sitwazzjoni agħar. Sewwa jgħidu li mit-taġen għal ġon-nar.

Saħħa! malti. skola. edu. mt

Saħħa! malti. skola. edu. mt