IlQwiel gall5 Sena Tagrifa gallgalliema malti skola edu

  • Slides: 6
Download presentation
Il-Qwiel għall-5 Sena Tagħrifa għall-għalliema malti. skola. edu. mt

Il-Qwiel għall-5 Sena Tagħrifa għall-għalliema malti. skola. edu. mt

Lista ta’ qwiel 1. Għan-niżla kull qaddis jgħin. 2. Il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.

Lista ta’ qwiel 1. Għan-niżla kull qaddis jgħin. 2. Il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien. 3. Wara d-daħq 1 jiġi l-biki. 4. L-ewwel ma tiekol l-għajn. 5. Il-mistoqsija oħt il-għerf. 6. Il-giddieb għomru qasir. 7. Mhux kulma jleqq hu deheb. 8. Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. 9. Bil-flus tagħmel triq fil-baħar. 10. Kull qalb trid oħra. 1 Jew daħk

Modi kif tista’ tgħallem il-qwiel • Daħħal l-idea li l-qawl hu parti mil-lingwa, li

Modi kif tista’ tgħallem il-qwiel • Daħħal l-idea li l-qawl hu parti mil-lingwa, li nużawh fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk l-istudenti jistgħu jġibu l-qawl tagħhom mid-dar u jgħidu xi ħaġa dwaru. • Esponi l-qwiel madwar il-klassi ħalli l-istudenti jsiru aktar familjari magħhom. • Tkellem dwar il-qwiel mat-tfal billi turihom stejjer biex isiru familjari mat-tifsira tagħhom. (Fuq is-sit issib eżempji ta’ stejjer li jfissru l-qwiel. Issib ukoll attivitajiet li tista’ tagħmel mat-tfal sabiex dawn jifhmu l-qwiel u jibdew jużawhom fil-kitbiet tagħhom. )

 • It-tfal jistgħu joħolqu l-istejjer tagħhom għall-qwiel. • Jista’ jinbena ktieb tal-qwiel min-naħa

• It-tfal jistgħu joħolqu l-istejjer tagħhom għall-qwiel. • Jista’ jinbena ktieb tal-qwiel min-naħa tal-istudenti. Dan il-ktieb jista’ jinżamm fil-librerija biex jinqara mill-istudenti u b’hekk dawn jieħdu aktar ideat kif jistgħu jintużaw dawn il-qwiel f’kuntesti differenti.

Kont taf? • Xi qwiel ġew meħuda minn kulturi jew lingwi barranin. • Hemm

Kont taf? • Xi qwiel ġew meħuda minn kulturi jew lingwi barranin. • Hemm qwiel marbutin ma’ temi partikulari bħall-verità, ħajja, saħħa, xorti, fidi, tama u nuqqas ta’ ħsieb. • Huma bbażati fuq is-sens komun jew fuq l-esperjenza ta’ xi ħadd. • Iservu biex wieħed jitgħallem xi ħaġa minnhom. • Xi qwiel għandhom rima interna. Eż: Kliem ix-xiħ żomm fih. • Flok il-kelma qawl nistgħu ngħidu proverbju.

Saħħa! malti. skola. edu. mt

Saħħa! malti. skola. edu. mt