IlMulej ma adekx Qari minn qarib millKtieb ta
Il-Mulej ma ċaħdekx Qari minn qarib mill-Ktieb ta’ feddej. Dan Rut hu missier Rut 3, 1 -3, 8 -11; 4, 13 -17 Ġesse, missier David
Nogħemi kellha qarib min-naħa ta’ żewġha, raġel għani ħafna mill-familja ta’ Elimelek; kien jismu Bogħaż. Rut il-Mowabija qalet lil Nogħemi:
“Ħallini mmur fl-għelieqi biex inlaqqat is-sbul li jifdal wara dak li nsib ħniena f’għajnejh. ” “Mur, binti, ” qaltilha Nogħemi. Marret, u daħlet tlaqqat fl-għelieqi
minn wara l-ħassada. Inzerta li l-għelieqi li marret tlaqqat fihom kienu ta’ Bogħaz, ilqarib ta’ Elimelek. U Bogħaz qal lil Rut:
“Qed tisma’, hux binti? Tmurx tlaqqat f’għelieqi oħrajn, u anqas għandek twarrab minn din, iżda ibqa’ miexja wara lħaddiema tiegħi.
Għajnejk fil-għalqa fejn ikunu jaħsdu huma, u żomm warajhom. Ma ordnajtx jien lill-ħaddiema biex ma jmissukx? U jekk jaqbdek ilgħatx, mur fuq il-ġarar
u ixrob mnejn jixorbu l-ħaddiema. ” Rut niżżlet wiċċha u lwiet sa l-art, u wieġbet u qaltlu: “Kif sibt jiena ħniena quddiemek
biex inti tħabbel rasek minni, jien li jien mara barranija? ” U wieġeb Bogħaż u qal: “Għax xi ħadd qalli b’kull ma għamilt ma’omm żewġek wara l-mewt tiegħu,
u li ħallejt ‘il missierek u ‘l ommok u art twelidek biex ġejt fost ilpoplu li ma kont tafu xejn qabel. ” Bogħaż iżżewweġ lil Rut u saret martu. U meta għarafha,
il-Mulej taha li tnissel u kellha iben. Imbagħad in-nisa qalu lil Nogħemi: “Imbierek il-Mulej li llum ma ċaħħdekx minn qarib feddej,
li ismu jkun magħruf f’Israel. Jalla jkun jiswielek biex terġa’ tieħu r-ruħ u biex iwieżnek fi xjuħitek, ladarba wilditu mart ibnek li lilek tħobbok
u li għalik hija aħjar minn seba’ wlied. ” U Nogħemi ħadet it-tifel u qegħeditu fi Ħdana u rabbietu hi. In-nisa ġirien tagħha sabulu isem
għax qalu, ‘Twieled iben lil Nogħemi’, u għalhekk semmewh Għobed. Dan hu missier Ġesse, missier David.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Ara, kif ikun imbierek ilbniedem li jibża’ mill-Mulej Salm 127, 1 -5
Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, kull min jimxi fit-triqat tiegħu! Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol, hieni int, u riżqek tajjeb. R. Ara, kif ikun imbierek ilbniedem li jibża’ mill-Mulej
Martek tkun bħal dielja għammiela ‘il ġewwa f’darek; uliedek bħal xitel taż-żebbuġ madwar il-mejda tiegħek. R. Ara, kif ikun imbierek ilbniedem li jibża’ mill-Mulej
Ara, kif ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej! Ibierkek il-Mulej minn Sijon! Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul il-jiem kollha ta’ ħajtek. R. Ara, kif ikun imbierek ilbniedem li jibża’ mill-Mulej
Hallelujah, Hallelujah Il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet; u l-mexxej tagħkom wieħed hu, Kristu. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill-Evanġelju Kliem Ta’ biss San għandhom, Mattew imma Mt 23, 1 -12 fatti xejn Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien: Ġesu kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Fuq il-kattedra ta’ Mose qagħdu l-kittieba u l-fariżej.
Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn l-oħrajn,
waqt li huma stess anqas b’sebagħhom ma jridu jħarrkuhom. Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbruhom il-filatterji tagħhom u jtawlu l-ġmiemen tagħhom.
Iħobbu l-postijiet ewlenin fil-pranzijiet, u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi, u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejħulhom rabbi.
Imma intom tħallux min isejħilkom rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. U ssejħu ‘l ħadd missierkom fuq din l -art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fissmewwiet.
Hekk ukoll tħallux min isejħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. Il-kbir fostkom għandu jkun qaddej tagħkom; min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Miġburin flimkien illum għaċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa nitolbu lil Alla l-grazzja li nagħrfu x-xejn tagħna u nfaħħru l-kobor tiegħu li għamel magħna ħwejjeġ kbar għas-salvazzjoni tagħna.
poplu A Ieqaf, Mulej , mal-Knisja tiegħek hija u tistedinna nfaħħruk għaliex magħna għamilt ħwejjeġ kbar għas-salvazzjoni tagħna. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Ġib fix-xejn il-ħsibijiet fiergħa ta’ dawk li jidrilhom li huma aqwa minn ħadd ieħor u jridu jaħkmu fuq kulħadd biex jifhmu li ma huma xejn u li kull setgħa ġejja minn għandek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Bierek lil kull min għandu l-biża’ tiegħek u agħtih li jgħix fis-sliem ħajtu f’din id-dinja biex jara s-sebħ tiegħek f’art il-ħajjin. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Agħtina l-grazzja li nagħrfu x-xejn tagħna u nrodduħajr lilek tal-ġid kollu li bl-għajnuna tiegħek jirnexxielna nagħmlu. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Alla tagħna, biegħed minna kull ħsieb li nagħmlu għal għajnejn in-nies kull ma jirnexxilna nagħmlu ta’ ġid, billi kull ma nagħmlu u ngħidu nagħmluh għall-glorja tiegħek. Bi Kristu Sidna. AMEN
- Slides: 34