Igar talannimali Firrazzett kien hemm serduq u tiiea Slides: 24 Download presentation Iż-żgħar tal-annimali Fir-razzett kien hemm serduq u tiġieġa. It-tiġieġa biedet żewġ bajdiet. Minn dak il-bajd faqqas fellus isfar. Il-fellus mar jara l -annimali. Il-fellus ra qattus u qattusa. Dawn kellhom ferħ imqareb ħafna. Il-ferħ mar jiġri wara l-fellus. Iżda l-fellus ħarab. Il-fellus wasal ħdejn kelb u kelba. Kemm hu gustuż il-ġeru tagħhom. Imbagħad l-fellus ra ħanżir u ħanżira. Il-qażquż kien kollu tajn. Il-fellus wasal ħdejn l-istalla. Fl-istalla kien hemm żiemel u debba. Fl-istalla kien hemm mohor kannella. Il-mohor huwa ż-żgħir taż-żiemel u debba. Il-fellus wasal ħdejn il-vaska. Fil-vaska kien hemm papra, papru u fellus. Il-fellus ra barri u baqra. Kien hemm għoġol qed jiekol il-ħaxix. Il-fellus ra fenek kannella u fenka bajda. Dawn kellhom żarmuġ abjad. Il-fellus ra kobba suf. Iżda dak mhux suf kien! Dawn kienu in-nagħġa, il-muntun u l-ħaruf. Kemm ħa gost jara l-annimali dan il-fellus. Imma issa kien sar ilħin u għalhekk mar lura ħdejn ommu u missieru. Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tal-ħanzir u l-ħanżira. Jien. . . • qattus • qażquż • ġeru Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir taż-żiemel u d-debba. Jien. . . • mohor • ferħ • fellus Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tal-kelb u l -kelba. Jien. . . • felu • ġeru • żarmuġ Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir talbarri u l-baqra. Jien. . . • għoġol • fellus • mohor Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tan-nagħġa u l-muntun. Jien. . . • għoġol • żarmuġ • ħaruf Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tal-fenek u l-fenka. Jien. . . • ġeru • żarmuġ • qażquz Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tal-papra u l-papru. Jien. . . • fellus • qażquż • mohor Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tal-qattus u l-qattusa. Jien. . . • ferħ • għoġol • ġeru Tiftakar min jien? Jien iż-żgħir tas-serduq u t-tiġieġa. Jien. . . • qattus • fellus • ġeru Bravi tfal. Prosit tassew. Nispera li ma ndumx ma’ nerġa narakom!