Gruppi Sojali differenti fisSojet Mr Anthony Borg Gruppi
Gruppi Soċjali differenti fis-Soċjetà © Mr. Anthony Borg
Gruppi Soċjali differenti fis-Soċjetà Fis-soċjetà jeżistu diversi gruppi. Grupp jista' jkun kbir jew żgħir. L-iżgħar grupp fis-soċjetà hija l-familja li tista’ tkun komposta minn żewġ membri. Aħna membri tas-soċjetà, għalhekk aħna dejjem nagħmlu parti minn xi grupp. Trid titgħallem tissoċjalizza mal-oħrajn.
Grupp fid-dar Iġifieri inti tkun parti minn familja, mhux qiegħed waħdek. Inti tgħix, titkellem u tikkomunika mal-membri talfamilja. Inti trid tieħu sehem attiv filfamilja u taqdi l-bżonnijiet tal-familja. Trid titgħallem tkun responsabbli.
Il-Gang x'inhu eżatt? ll-Gang hu grupp ta' persuni, liema tip ta' gruppi ġeneralment huma żgħar. Hemm tendenza li Gang jistenna mill-membri tiegħu sapport li xi drabi jwassal għal xi forma ta' abbuż. Insibu li Gang ġewwa skola jkun hemm ħafna BULLYING, fejn ilvittma tiġi pprovokata.
Fil-klassi inti wkoll qiegħda fi grupp li huwa relattivament kbir, qiegħda ma' sħabek. Ma' dawn inti tqatta' l-aktar ħin tal-ġurnata, tista' tifforma gruppi żgħar ma' xi wħud li taqbel magħhom milli m'oħrajn.
Il-Peer Group huwa ċirku ta’ ħbieb li l-aktar li niltaqgħu magħhom u li għalhekk l-aktar li jinfluwenzawk fil-ħajja tiegħek. Il-ħbieb huma mportanti għax huma l-ħbieb li jgħinuna nkunu soċjevoli, huwa magħhom li naqsmu l-ferħ u d-dwejjaq tagħna, permezz tagħhom aħna ma nħossuniex imwarrba mis-socjetà. Minn għandhom aħna nsibu l-għajnuna meta nkunu neħtieġuha u mitt elf ħaġa oħra. Minħabba f’din l-importanza tal-ħbieb daqstant ieħor hija mportanti l-għażla tal-ħbieb tagħna.
Il-Peer Group - Influwenza Pożittiva: Solidarjetà Influwenza Pożittiva Sports solidarjetà, influwenza fit-talenti tagħna, influwenzi fil-ġesti, ideat fuq stil, taqsam ħsibijiet, sports, gosti u opinjonijiet.
Il-Peer Group – Influwenza Negattiva: Sigaretti Serq Alkoħol Bullying Kriminalità Drogi
Peer Pressure Il-bniedem mhux maħluq biex jgħix waħdu u għandu bżonn lill-oħrajn. Aħna għandna bżonn lill-oħrajn biex niżviluppaw il-personalità tagħna billi naqsmu l-ideat, ħsibijiet u t-talenti tagħna mal-oħrajn. noqogħdu attenti fl-għażla tal-ħbieb. Iżda għandna bżonn Nagħżel ħbieb li għandhom kwalitajiet tajbin fil-karattru: onestà, rispett, għajnuna, jagħtu ċans, tolleranza. Ħbieb ta’ karattru sod li jafu jgħidu le meta nsibu ruħna filperiklu bħal: vandaliżmu, drogi u serq. Irridu nevitaw ħbieb bi kwalitajiet ħżiena fosthom egoiżmu, vizzji ħżiena bħal tipjip, ftaħir, diżonesta, arroganza u suppervja.
Il-Vantaġġi tal-Peer Group Nieħdu gost Inkabbru t-talenti Naqsmu l-esperjenzi Emozzjonijiet Naħdmu flimkien Nitkellmu ma’ xulxin Nisimgħu l-opinjonijiet ta’ xulxin Ngħinu lil xulxin Leader tal-grupp
Fil-Peer Group jista’ jinqala’ nuqqas ta’ ftehim u dan jiġri minħabba: Egoiżmu Għira Nuqqas ta’ tolleranza għal opinjonijiet differenti Interessi personali Bullying permezz ta’ tgħajjir, tqasqis fuq oħrajn Bla kompromess – iġifieri ħadd ma jkun irid iċedi biċċa jew jammetti l-iżball jew parti mill-iżball. Dan iwassal għal suppervja u nuqqas ta’ ftehim.
Għaqda Volontarja Għaqdiet volontarji huma fost il-gruppi popolari ma' bosta żgħażagħ peress li hemm numru ta' nies li qed jiltaqgħu flimkien. Hawn ħafna tipi t'għaqdiet fosthom: Reliġjużi: Żgħażagħ Azzjoni Kattolika, Mużew; Sportivi: Futbol; Mużikali: Kazini tal-Banda; Filantropiċi: jaħdmu għall-ġid tal-komunità bħal Caritas; Soċjali: Scouts, Ċentri taż-Żgħażagħ. L-għan ta' dawn il-gruppi volontarji huwa li jagħmlu l-ġid. Dawn jaħsbu fl-oħrajn mhux bħall-gang.
Il-Valuri Ċiviċi ta’ kooperazzjoni , ugwaljanza, solidarjetà u inkluzjoni permezz tal-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet. Kooperazzjoni Il-kooperazzjoni tinvolvi individwi jew gruppi li jaħdmu flimkien biex jintlaħqu l-għanijiet individwali jew kollettivi tagħhom. Fl-iktar forma sempliċi tagħha, il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi biss żewġ persuni li jaħdmu flimkien lejn għan komuni. Żewġ studenti li jaħdmu flimkien biex jagħmlu esperiment tal-laboratorju jew tim tal-futbol li jaħdmu flimkien, permezz ta’ siegħat twal ta’ taħriġ u sagriffiċju, huma żewġ eżempji ta’ kif tnejn jew aktar jistgħu u għandhom jikkoperaw flimkien għal għan wieħed.
Il-Valuri Ċiviċi ta’ kooperazzjoni , ugwaljanza, solidarjetà u inkluzjoni permezz tal-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet. Ugwaljanza Kull individwu għandu jkun tratt bl-istess mod fil-gruppi, irrelevanti mittwemmin reliġjuż, opinjoni politika, status soċjali jew jekk il-persuna hix sinjura jew fqira. Pero’ l-ugwaljanza ma tirrigwardjax biss lill-individwu, l-ugwaljanza tirreferi ukoll għall-grupp ta’ nies f’soċjetà li jistgħu jkunu iżolati minħabba li għandhom l-istess status f'ċerti aspetti, inkluż id-drittijiet ċivili, illibertà tal-kelma, id-drittijiet tal-proprjetà u aċċess ugwali għal ċerti prodotti u servizzi soċjali.
Il-Valuri Ċiviċi ta’ kooperazzjoni , ugwaljanza, solidarjetà u inkluzjoni permezz tal-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet. Solidarjetà hija l-unità (bħala grupp jew klassi) li tipproduċi jew hija bbażata fuq interessi u simpatiji. Permezz tas-solidarjetà n-nies juru ma’ xulxin ċerta għajnuna kemm finanzjarja u morali, u dan kollhu jgħin sabiex is-soċjetà tingħaqad flimkien għal għan partikulari. Fi grupp, is-solidarjetà bejn il-membri tispikka meta xi ħadd minnhom ikun f’diffikultà, u hawn il-membri l-oħra min b’mod u min b’ieħor, jaraw kif jgħinu lil dik ilpersuna li tkun għaddejja minn xi żmien diffiċli tal-ħajja. Sempliċiment kelma, taf tkun biżżejjed sabiex turi s-sensittività tal-persuna għan-nies ta’ madwarha.
Il-Valuri Ċiviċi ta’ kooperazzjoni , ugwaljanza, solidarjetà u inkluzjoni permezz tal-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet. Inklużjoni Soċjali L-inklużjoni soċjali hija l-proċess li ittejjeb il-kundizzjonijiet li fihom lindividwi u gruppi jieħdu sehem fis-soċjetà - itejbu l-abiltà, l-opportunità u d-dinjità ta' dawk żvantaġġati fuq il-bażi tal-identità tagħhom. Sfortunatament, f’kull pajjiż nsibu ċertu gruppi - kemm jekk il-migranti, il-popli indiġeni, kif ukoll minoritajiet oħra li jsibu l-ostakoli li jżommuhom milli jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali tannazzjon tagħhom.
Gruppi li jtellfu’ lill-kumplament tas-soċjetà Il-gruppi kriminali jorganizzaw organizzati. il-kriminalità prostituzzjoni, drogi, bħal Dawn serq, terroriżmu, traffikar ta’ nies, qtil, kuntrabandu ta’ prodotti, eċċ.
Gruppi li jtellfu’ lill-kumplament tas-soċjetà Gruppi li jimmanipulaw il-midja biex idawru l-opinjoni pubblika favur l-aġenda tagħhom. Dan jagħmluh b’mod sottili billi jħallsu ammonti kbar ta’ flus lillkumpaniji rinomati fil-qasam tal-midja biex iwasslu lmessaġġ li jridu huma lill-poplu u minħabba li jkun preżentat tajjeb, il-poplu jispiċċa jaqbel ma’ dak li jkun qed jingħad.
Gruppi li jtellfu’ lill-kumplament tas-soċjetà Gruppi oħra negozjanti, li jinkludu ħafna kuntratturi drabi u jkollhom negozji kbar, li b’xi mod jew ieħor jirnexxilhom ixaħħmu minn taħt biex jieħdu kuntratti pubbliċi b’qerq b’dannu għall-kumplament tas-soċjetà.
- Slides: 19