Gamel Qari mitTieni patt Ktieb tasquddiem il Slaten
Għamel Qari mit-Tieni patt Ktieb tasquddiem il Slaten -Mulej u li 2 Slat 22, 8 -13; 23, 1 -3 jimxu wara l-Mulej
F’dak iż-żmien: Ħilkija, il-qassis ilkbir, qal lil Safan il-kittieb: “Fit-tempju tal-Mulej sibt il-ktieb tal-Liġi. ”
Ħilkija ta l-ktieb lil Safan u dan qrah. Imbagħad Safan il-kittieb daħal għand is-sultan u wassallu dan il-messaġġ:
“Il-qaddejja tiegħek ġiebu l-flus li nstabu fittempju u tawhom lill-ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tempju tal-Mulej. ”
Safan il-kittieb ta wkoll l-aħbar lissultan u qallu: “Ħilkija l-qassis tani ktieb. ” U Safan qrab quddiem is-sultan. Dan, kif sema’ l-kliem tal-ktieb tal-Liġi,
ċarrat ħwejġu minn fuqu, u ta ordni lil Ħilkija l-qassis, lil Aħikam bin Safan, lil Għakbor bin Mikea, lil Safan il-kittieb,
u lil Għasaja l-qaddej tas-sultan, u qalilhom: “Morru intom, f’ismi u f’isem ilpoplu kollu ta’Ġuda, u staqsu lill-Mulej
dwar il-kliem ta’ dan il-ktieb li nstab; għax kbira l-korla tal-Mulej li nxtegħlet għalina talli missirijietna ma tawx widen għall-kliem ta’ dan il-ktieb
u ma għamlux dak kollu li tħallielna miktub fih. ” Is-sultan bagħat għax-xjuħ kollha ta’ Ġuda u Ġerusalemm,
u huma nġabru quddiemu. Is-sultan tela fit-tempju tal-Mulej, u miegħu telgħu wkoll in-nies kollha ta’ Ġuda, dawk li kienu joqogħdu f’Ġerusalemm,
il-qassisin, il-profeti, u l-poplu kollu, miż-żgħar sal-kbar. U qara quddiemhom kull kelma li kien hemm fil-ktieb tal-patt li nstab fit-tempju tal-Mulej.
Is-sultan, wieqaf maġenb il-pilastru għamel patt quddiem il-Mulej li jimxu wara l-Mulej u jħarsu l-preċetti, l-ordnijiet u l-kmandamenti tiegħu
b’qalbhom kollha u b’ruħhom kollha, u jwettqu kull ma hemm f’dan il-patt miktub f’dan il-ktieb. U l-poplu kollu ngħaqad sħiħ f’dan il-patt.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Mulej, għallimni l-kmandamenti tiegħek Salm 118, 33 -37. 40
Mulej, għallimni t-triq talkmandament tiegħek: jiena ngħaddi minnha sa l-aħħar. Fehimni biex inżomm il-liġi tiegħek u nħarisha b’qalbi kollha. R. Mulej, għallimni lkmandamenti tiegħek
Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek, għax fiha nitgħaxxaq. Ħajjarli qalbi għat-twissijiet tiegħek, u mhux għall-qligħ. R. Mulej, għallimni lkmandamenti tiegħek
Warrabli għajnejja mill-ħars fieragħ, fit-triq tiegħek agħtini lħajja. Jiena mxennaq għall-preċetti tiegħek, fissewwa tiegħek agħtini l-ħajja R. Mulej, għallimni l-kmandamenti tiegħek
Hallelujah, Hallelujah Il-Mulej jgħid: Ibqgħu fija, u jien nibqa’ fikom; min jibqa’ fija jagħmel ħafna frott. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill. Evanġelju Ta’ San Mattew Mt 7, 15 -20 Glorja Mill-frott tagħhom tagħrfuhom
F’dak iż-żmien: Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom millprofeti foloz, għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ngħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa.
Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel,
imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma jistax ikollha frott ħażin, anqas siġra ħażina ma jkollha frott tajjeb.
Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar. Għalhekk mill-frott tagħhom tagħrfuhom. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Pres. Miġburin flimkien għaċ-ċelebrazzjoni talmisteri qaddisa nitolbu l. Mulej Ġesu l-grazzja li qatt ma nitbegħdu minnu, iżda nibqgħu dejjem fih biex nagħmlu kotra ta’ frott
poplu A Ieqaf, Mulej, mal-Knisja tiegħek hija u xxandar liddinja l-verita tiegħek u turiha lilek bħala t-triq li twassal għand il-Missier Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Ħares id-dinja minn kull tagħlim qarrieq li l-profeti foloz ta’ żmenijietna jippruvaw ixandru fostna biex ibegħduna mill-Knisja tiegħek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Wettaq bil-grazzja tiegħek lil dawk li tagħżel bħala ministri tiegħek biex bil-ħajja qaddisa tagħhom u bil-għerf talħwejjeġ tas-sema jżommu ‘l bogħod minna kull theddid għall-fidi tagħna Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Ieqaf magħna bil-grazzja tiegħek, għinna nżommu ‘l bogħod minna kull tagħlim li mhux l-Evanġelju tiegħek u tħallina qatt nitbegħdu mill. Knisja tiegħek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Ġesu Kristu, tħalli qatt ilfidi tagħna tiġi mhedda millħafna tagħlim qarrieq li qed jinxtered fostna min-nies li ma jħaddnux l-Evanġelju tiegħek, iżda żommna dejjem fidili lejk. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. AMEN
- Slides: 32