Dak li Qari alaq idmitTieni dinja gad Ktieb
Dak li Qari ħalaq idmit-Tieni dinja għad Ktieb iroddilkom tal-Makkabej 2 Makk 7, 1. 20 -31 lura n-nifs u l-ħajja
F’dak iż-żmien: Ġara li arrestaw sebat aħwa flimkien ma’ ommhom. Is-sultan, b’daqqiet ta’ frosta u nerv,
ried iġagħalhom jieklu mil-laħam tal-majjal, li ma kienx jiswa min jieklu. L-omm kienet tgħaġġbek għall-aħħar; għalhekk xieraq li nsemmuha biex infaħħruħa.
Hija rat lis-seba’ wliedha meqruda f’jum wieħed taħt għajnejha stess; madankollu ġarrbet kollox b’qalb sħiħa minħabba ttama li kellha fil-Mulej.
Lil kull wieħed minnhom bdiet tħeġġu bi lsien missirijietha. Mimlija bi ħsibijiet kbar, hija wettqet il-qalb tagħha ta’ mara
bil-qawwa ta’ raġel, u qalet lil uliedha bi lsien missirijietha: “Jien ma nafx kif tnissiltu fil-ġuf tiegħi; ma kontx jien li tajtkom in-nifs u l-ħajja,
anqas ma kont jien li lil kull wieħed minnkom għaqqadtlu bejniethom il-bċejjeċ tal-ġisem. Għalhekk, dak li ħalaq id-dinja, li sawwar lillbniedem sa minn twelidu
u fassal il-bidu ta’ kollox, hu stess, għall-ħniena tiegħu, għad iroddilkom lura n-nifs u l-ħajja, lilkom li issa xejn m’intom
tqisu lilkom infuskom għall-imħabba tal-liġijiet tiegħu. ” Antijoku deherlu li kienet qiegħda żżebilħu, u daħallu f’moħħu l-ħsieb
li kliemha kien xi tagħjira. Billi ż-żgħir fost l-aħwa kien għadu ħaj, Antijoku mhux biss wissieh bil-kliem, iżda wkoll wiegħdu u ħaliflu
li jagħmlu għani u l-iktar bniedem hieni jekk iħalli d-drawwiet ta’ missirijietu, kif ukoll li jagħmlu ħabib tiegħu u jafdalu uffiċċji għolja f’idejh.
Imma ż-żagħżugħ ma ried jisma’ b’xejn; għalhekk is-sultan sejjaħ lil ommu u ħeġġiġha twissi żżagħżugħ hi, biex issalvalu ħajtu.
Dam isus ħafna warajha, imbagħad hi laqgħet li tfiehem lil binha. Tbaxxiet lejh, imma daħket bit-tirann kiefer, għax lil binha kellmitu bi lsien art twelidha
u qaltlu: “Ibni, jkollok ħniena minni! Jien ġarrejtek f’ġufi għal disa’ xhur sħaħ, reddajtek għal tliet snin, rabbejtek u wassaltek
sa dan iż-żmien ta’ ħajtek! Nitolbok, ibni: ħares lejn is-sema u l-art ara kull ma fihom, u kun af li Alla għamilhom mixxejn; hekk ukoll sar il-ġens talbnedmin.
Tibżax minnu dan il-bojja, u qis li tagħmel ġieħ lil ħutek. Ilqa’ l-mewt minn qalbek, biex, għallħniena ta’ Alla.
nerġa’ niksbek lura flimkien ma’ ħutek. ” Iż-żagħżugħ qatagħlha kliemha u qal: “X’intom tistennew? M’iniex se nisma’ mill-ordni tassultan,
iżda mill-kmandamenti tal-Liġi li Alla ta lil missirijietna permeżż ta’ Mosè. Iżda int, li ġibt din il-ħsara kollha fuq il-Lhud, int ma taħrabx minn idejn Alla. ”
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Meta nqum, nithenna biddehra tiegħek Salm 16, 1. 5 -6. 8 b. 15
Isma’, Mulej, il-kawża ġusta tiegħi, ilqa’ l-għajta tiegħi, agħti widen għal talbi li ġej minn xofftejn bla qerq. R. Meta nqum, nithenna biddehra tiegħek
Żammejt il-mixja tiegħi fi triqatek, qatt ma għotru riġlejja. Jiena nsejjaħlek, għax int tweġibni, o Alla; ressaq widintek lejja, isma’ kliemi. R. Meta nqum, nithenna biddehra tiegħek
Għad-dell ta’ ġwenħajk kenninni; jien għax ġust, għad nara wiċċek; meta nqum, nithenna bid-dehra tiegħek. R. Meta nqum, nithenna biddehra tiegħek
Hallelujah, Hallelujah Jien għażiltkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott tagħkom jibqa’ igħid il-Mulej. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill-Evanġelju Ta’ San Luqa Lq 19, 11 -28 Glorja lilek Mulej Għax ma mort tqiegħed flusi l-bank
F’dak iż-żmien: Ġesu żied jgħid parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien minn għalihom
li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiżz fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura.
Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom, ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi. ’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh,
u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu, ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna. ’ Ġara li, meta dak ħa s-saltna u reġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja
li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu. Resaq l-ewwel wieħed u qallu, ‘Sinjur, bil-mina tiegħek qlajt għaxar miniet. ’ Qallu, ‘Sewwa, qaddej tajjeb!
Ladarba kont fidil f’ħaġa tassew żgħira, ħu f’idejk is-setgħa fuq għaxart ibliet. ’ Ġie t-tieni wieħed u qallu, ‘Sinjur, bilmina tiegħek daħħalt ħames miniet. ’
Lil dan ukoll qallu, ‘U int ħu taħt idejk ħamest ibliiet. ’ U ġie ieħor u qallu, ‘Sinjur, hawn ara l-mina tiegħek li jien żammejt merfugħa f’maktur.
Għax jien bżajt minnek, billi int bniedem aħrax, li tfittex dak li ma ħżintx. ’ Qallu, ‘Fuq kliemek stess nagħmel ħaqq minnek, ja qaddej ħażin!
Kont taf li jiena bniedem aħrax, infittex dak li ma ħżintx. Mela għax ma mortx tqiegħed flusi l-bank biex meta niġi kont niġbidhom bl-imgħax? ’
Imbagħad qal lil ta’ madwaru, ‘Ħudulu l-mina u agħtuha lil dak li għandu l-għaxar miniet!’ ‘Imma sinjur, ’ qalulu, ‘għandu għaxar miniet!’
‘Ngħidilkom li kull min għandu, jingħatalu; iżda min ma għandux, jittieħidlu saħansitra dak li għandu. Lil dawk l-għedewwa tiegħi mbagħad
li ma ridunix insaltan fuqhom, morru ġibuhom hawn u agħtuhom il-mewt quddiemi’. ”
Kif qal dan, Ġesu qabad tiela’ lejn Ġerusalemm, miexi quddiem l-oħrajn.
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Il-Mulej għażilna għalih u jistenna minn għandna l-frott ta’ l-egħmil it -tajjeb; nitolbu l-għajnuna biex nagħmlu dak li jrid minna ħa nibqgħu dejjem fidili għall-kelma li tajnih fil. Magħmudija tagħna.
poplu A Ieqaf Mulej mal-Knisja tiegħek hija u turina kif inħadmu ttalenti tagħna għall-glorja tiegħek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Dawwal il-fehma tas-setagħnin ta’ l-art biex ikunu sinċieri ma’ xulxin u iħabirku tassew għallpaċi fid-dinja. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Kulħadd Wettaqna bil-grazzi tiegħek biex bla biża’ nistqarru l-fidi tagħna quddiem id-dinja. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Alla li tista’ kollox ħares b’ħarsa ta’ ħniena fuq id-dinja u biegħed minnha kull tiġrib; agħmel li l-bnedmin kollha jgħixu fis-sliem il-jiem kollha ta’ ħajjithom. Bi Kristu Sidna AMEN
- Slides: 46