Bidu tal Ktieb tal Profeta Danjel Dan 1
Bidu tal. Ktieb tal. Profeta Danjel Dan 1, 1 -6. 8 -20 Ma nstab ħadd bħal Danjel, Ħananija, Misael u Għażarija
Fit-tielet sena tas-saltna ta’ Ġehojakim, sultan ta’ Ġuda. Nebukadnessar, is-sultan ta’ Babel, tela’Ġerusalemm biex jaħbat għaliha.
U Sidi telaqlu f’idejh lil Ġehojakim, sultan ta’ Ġuda, u xi ħaġa mittagħmir tat-Tempju ta’ Alla; u hu ġarrhom fl-art ta’ Singħar, u qiegħed ittagħmir fittempju ta’ l-alla tiegħu,
biex iġib lil xi wħud minn ulied Israel, kemm minn ta’ nisel is-sultan u kemm minn talkbarat, żgħażagħ li ma jkun fihom ebda tebgħa
sbieħ f’surithom, imħarrġin f’kull għerf, mogħnija bid-dehen, jafu jħaddmu l-għaqal u li jinqalgħu biex jaqdu filpalazz tassultan, biex lilhom Asfenaż jgħallimhhom
il-kitba u l-ilsien tal-Kaldin. Is-sultan ried ukoll li ta’ kuljum jibda jingħatalhom sehem mill-ikel tas-sultan u mill-inbid li kien jixrob hu,
u li jibqgħu jitħarrġu għal tliet snin, meta mbagħad jibdew jidhru quddiem is-sultan. Fosthom kien hemm Danjel, Ħananija, Misael u Għażarija minn ulied Ġuda.
Issa Danjel kien għamel il-ħsieb li ma jitniġġisx bl-ikel tas-sultan u bl-inbid li kien jixrob hu, u talab lillkap ta’ lewnuki biex ma jitniġġisx.
U Alla ta lil Danjel isib tjieba u ħniena quddiem il-kap ta’ l-ewnuki. Il-kap ta’ l-ewnuki, iżda, qal lil Danjel: ‘Nibża’ minn sidi s-sultan,
li ordna x’għandkom tieklu u x’għandkom tixorbu, li ma jmurx jaralkom wiċċkom mixrub aktar minn dak tażżgħażagħ loħra tamparkom; inkella mbagħad
rasi jkollha tagħmel tajjeb għalikom quddiem is-sultan!’ Imbagħad Danjel qal lill-uffiċjal li kien ġie mqabbad mill-kap tal-ewnuki
biex jieħu ħsieb Danjel, Ħananija, Misael u Għażarija: ‘Nitolbok tagħmel prova ta’ għaxart ijiem fuq il-qaddejja tiegħek, biex lilna tagħtina nieklu xi ħxejjex
u nixorbu l-ilma. Imbagħad ejja ħares lejna u lejn iż-żgħażagħ loħra li jieklu mill-ikel tas-sultan, u, fuq dak li tara, imxi mal-qaddejja tiegħek. ’
Hu qagħad għal dak li qalulu, u għaddiehom minn prova ta’ għaxart ijiem. Meta għaddew ilgħaxart ijiem, dehru li kienu sbieħu u tqawwew f’ġisimhom
aktar miż-żgħażagħ l-oħra li kienu jieklu mill-ikel tas-sultan. Għalhekk l-uffiċjal neħħielhom l-ikel speċjali tagħhom
u l-inbid li tahom jixorbu, u newlilhom il-ħxejjex. U lil dawk lerba’ żgħażagħ Alla tahom għerf u għaqal f’kull kitba u għerf, u Danjel sar jifhem iddehriet u l-ħolm kollu.
Meta wasal iż-żmien li fih iżżgħażagħ kellhom jidħlu quddiem is-sultan, kif hu stess kien ordna, il-kap ta’ l-ewnuki daħħalhom quddiem Nebukadnessar.
Is-sultan qagħad jitkellem magħhom, u fosthom ilkoll ma nstab ħadd bħal Danjel, Ħananija, Misael u Għażarija, u dawn baqgħu quddiem is-sultan.
U f’kull ħaġa ta’ għerf u għaqal li kien jistaqsihom is-sultan kien isibhom għaxar darbiet aqwa mill-għorrief u s-saħħara kollha li kien hemm fis-saltna tiegħu.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Ta’ min ifaħħrek għal dejjem Dan 3, 52 -56
Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna, ta’ min ifaħħrek u jgħollik għal dejjem. Imbierek ismek, qaddis u msebbaħ, ta’ min ifaħħru wisq u jgħollih għal dejjem. R. Ta’ min ifaħħrek għal dejjem
Imbierek int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek, ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem. Imbierek int li qiegħed fuq ilkerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi, ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem. R. Ta’ min ifaħħrek u jgħollik għal dejjem
Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek, ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem. Imbierek int fil-wisa’ kollu tassema, ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem. R. Ta’ min ifaħħrek u jgħollik għal dejjem
Hallelujah, Hallelujah Ishru, u kunu lesti, għax ma tobsruha qatt is-siegħa. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill-Evanġelju Ra waħda Ta’ armla fqira San titfa’ Luqa Lq 21, 1 -4 Glorja lilek Mulej biċċ tejn żgħar talflus
F’dak iż-żmien: Ġesu refa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-Teżor tat. Tempju.
U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.
Għax dawn kollha għamlu l-offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kololu li kellha biex tgħix. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: F’dawn l-aħħar ġranet tas-sena liturġika ejjew nitolbu lill-Mulej il-grazzja li nibqgħu dejjem fidili lejh biex meta jiġi b’setgħa kbira u glorja jsibna nishru nistennewh bit-tama.
poplu A Ieqaf Mulej mal-Knisja tiegħek hija u twissina nishru u nitolbu għax ma nafux il-jum tal-miġja tiegħek. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Għallimna nkunu bħall-armla ta’ l-Evanġelju ħalli bħalha nagħtu kull ma aħna u għandna għallqadi tal-Knisja tiegħek Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Żommna dejjem sħaħ fil-ħarsien tal-kmanadamenti tiegħek biex meta tiġi, tagħtina l-premju talħajja ta’ dejjem. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Dawwal il-fehma ta’ kull bniedem li hawn fid-dinja biex ma jorbotx żi żejjed qalbu malġid ta’ l-art u hekk jitlef ilġid li jibqa’ għal dejjem. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Ġesu Kristu kun magħna tul dan il-jum biex kull ma nagħmlu, ngħidu u naħsbu jkun għal glorja tiegħek u jksbilna l-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. AMEN
- Slides: 38