Bidu tal Ktieb tal Gerf 1 1 7
Bidu tal. Ktieb tal. Għerf 1, 1 -7 Il-Għerf hu spirtu li jħobb lillbniedem; l. Ispirtu tal. Mulej jimla d-dinja
Ħobbu l-ġustizzja, intom ilħakkiema ta’ l-art, aħsbu fil-Mulej b’dak li hu sewwa imma Alla qalbkom jafha, u fittxuh b’qalb safja.
Għax hu jinsab minn min ma jġarrbux, u juri lilu nnifsu lil min ma jitlifx it-tama fih. Għax il-ħsibijiet ta’ qerq ibiegħdu minn Alla, u l-qawwa tiegħu, meta tkun imġarrba,
tikxef il-ħtija tal-boloh. Għax ilgħerf ma jidħolx f’ruħ mill-qerq maħkuma, anqas ma jgħammar f’ ġisem mid-dnub imjassar; għax lispirtu tal-qdusija u tar-rażan jaħrab mill-qerq,
jitbiegħed mill-fehmiet ħżiena, u jkun f’diqa fejn il-ħażen jgħammar. Għax il-għerf hu spirtu li jħobb lillbniedem, imma ma jħallihiex għaddejja lillmidgħi u lil kliemu;
għax Alla hu xhud ta’ ħsibijietu, jagħraf tajjeb ix-xewqat tiegħu, u jisma’ kliemu. Għax l-Ispirtu tal. Mulej jimla d-dinja, u hu, li jħaddan kollox, jagħraf kull leħen.
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem Salm 138, 1 -10
Mulej, int tgħartbilni u tagħrafni; int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.
Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; triqati kollha inti tafhom sewwa. R. Mulej, mexxini fittriq ta’ dejjem
Inkun għadni lanqas lissint ilkelma, meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha. Dawramejt inti tħaddanni,
u tqegħedli idek fuqi. Il-għerf tiegħek ta’ l-għaġeb, ma nwassalx għalih; għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu. R. Mulej, mexxini fittriq ta’ dejjem
Fejn immur ‘il bogħod mill-Ispirtu tiegħek? Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek? Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int; jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll. R. Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ, u mmur ngħammar fi truf il-baħar, hemm ukoll tilħaqni idek, u taqbadni lleminija tiegħek. R. Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Hallelujah, Hallelujah Iddu bħal kwiekeb fid-dinja, u wasslu l-kelma tal-ħajja Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill-Evanġelju Ta’ San Luqa Jekk idur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, Lq 17, 1 -6 ‘Jisgħobbij a, ’ a ħ firlu Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien: Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu; “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu
jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tattħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċċkenjnin. Oqogħdu attenti!
Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet’ f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘Jisgħobbija, ’ aħfirlu. ”
L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi. ” Weġibhom il. Mulej: “Kieku għandkom fidi mqar
daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar, ’ u hi kienet tissma’ minnkom. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Aħna u nroddu ħajr lil Alla llum għaliex bagħatilna lil Ibnu għallmaħfra ta’ dnubietna, nitolbu ilgrazzja li nibqgħu dejjem fidili għat-tagħlim li jwasslilna permezz tal-ministri tiegħu.
poplu A Wettaq Mulej lill-Isqfijiet u s-saċerdot tagħna biex ikunu għalina amministraturi fidili tal misteri qaddisa. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Ibgħat l-Ispirtu ta’ l-għerf tiegħek biex idawwal il-fehma ta’ kull bniedem li hawn fiddinja ħalli kull wiehed ifittex li jgħix fis-sliem u l-għaqda ma’ loħrajn. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Mexxina fit-triq li twassal filhena ta’ dejjem mill- widien mudlama tal-qerq u l-ħażen tad-dinja. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Qawwi fina l-fidi biex bil-qalb naħfru dejjem lil min huħati għalina kif irridu li int ta ħfer ħtijietna. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Alla li tista’ kollox, ilqa’ t-talb li qed nagħmlulek f’din il l -għodwa u agħmel li jseħħu dejjem ix-xewqat tajba tagħna. Bi Kristu Sidna. AMEN
- Slides: 30