abb lil missirijiet hom u Dewteronomju gael lil
Ħabb lil missirijiet hom u Dewteronomju għażel lil Dewt 4, 32 -40 nisilhom warajhom Qari mill-Ktieb tad-
Mosè kellem lill-poplu u qal: “Staqsi liż-żminijiet ta’ l-imgħoddi, iż-żminijiet ta’ qabel, sa minn mindu Alla ħalaq ilbniedem fuq l-art,
fittex minn tarf għall-ieħor tassema, u ara kienx hemm ġrajja hekk kbira bħal din jew instemgħetx oħra bħalha. Qatt kien hemm poplu
li sema’ leħen Alla jitkellem minn ġon-nar, bħalma smajt int, u baqa’ ħaj? Jew qatt xi alla fittex li jagħżel poplu għalih
minn fost poplu ieħor b’tiġrib, b’sinjali u għeġubijiet, b’taqbid, b’id qawwija u driegħ merfugħ, b’għemejjel kbar talbiża’,
bħalma għamel għalik quddiem għajnejk fl-Eġittu il-Mulej Alla tiegħek? Dan kollu lilek intwera, biex tagħraf li l-Mulej hu tassew Alla,
u ma hawnx ieħor għajru. Hu semmagħlek leħnu mis-smewwiet biex jgħallmek; fuq l-art, uriek innar kbir tiegħu, u int smajt kliemu minn qalb in-nar.
U għax ħabb lil missirijietek u għażel lil nisilhom warajhom, huwa ħarġek mill-Eġittu, meta hu nnifsu kien miegħek bil-qawwa kbira tiegħu,
biex keċċa minn quddiemek ġnus kbar u aqwa minnek, u jdaħħal lilek f’arthom u jagħtihielek b’wirt, kif għadha sa llum.
Mela kun af illum u żommha f’moħħok li l-Mulej hu tassew Alla kemm filgħoli tassema kif ukoll hawn isfel fuq l-art,
u li ma hawnx ieħor għajru. Ħares, għalhekk, l-ordnijiet u lkmandamenti tiegħu li se nagħtik illum
biex ikollok ir-risq, int u wliedek warajk, ħalli tgħix żmien twil fuq l-art li l-Mulej Alla tiegħek se jagħtik għal dejjem. ”
Il-Kelma tal. Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Niftakar f’għemilek, Mulej Salm 76, 12 -16. 31
Niftakar f’għemilek, Mulej, naħseb fl-għeġubijiet li għamilt flimgħoddi. Naħseb f’kull ma int għamilt; nixtarr l-għemejjel kbar tiegħek. R. Niftakar f’għemilek, Mulej
Qaddisa triqtek, o Alla! Liema alla hu kbir bħal Alla tagħna? Int Alla li tagħmel ħwejjeġ ta’ l-għaġeb, li turi qawwietek fost il-popli. R. Niftakar f’għemilek, Mulej
Bi driegħek fdejt il-poplu tiegħek, l-ulied ta’ Ġakobb u ta’ Ġużeppi. Mexxejt bħal merħla l-poplu tiegħek, b’id Mosè u Aron. R. Niftakar f’għemilek, Mulej
Hallelujah, Hallelujah Henjin dawk li huma ippersegwitati minħabba lġustizzja, għax tagħhom hija s -Saltna tas-Smewwiet. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill. Evanġelju Ta’ San Mattew Mt 16, 24 -28 Glorja Xi prezz se jagħti lbniedem biex jerġa’ jikseb ħajtu?
F’dak iż-żmien: Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.
Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem
jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jiflef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex jerġa’ jikseb ħajtu?
Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, imbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel.
Tassew, ngħidilkom, li hawn xi wħud minn dawk li qegħdin hawn, li ma jġarrbux ilmewt qabel ma jaraw lil Bin ilbniedem ġej fis-Saltna tiegħu. ”
Il-Kelma tal. Mulej. It-tifħir lilek Kristu
Presb: Miġburin flimkien għaċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa, nitolbu lil Alla llum iwettaqna bil-grazzji tiegħu ħalli nagħarfu niċċaħdu minn dak kollu li jfixkilna fil-mixi tagħna wara Kristu.
poplu A Ieqaf Mulej mal-Knisja tiegħek, wettaqha, qaddisha u eħlisha minn kull tiġrib. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Qawwi qalb dawk kollha li huma mġarrbin minħabba s-sewwa u farraġhom bil-ħsieb li tagħhom hi s-saltna tas-smewwiet. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu A Saħħaħ dejjem aktar il-fehma ta’ dawk kollha li biex jimxu warajk ċaħdu kull rabta ta’ din id-dinja. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
poplu B Wettaqna bil-grazzji tiegħek biex nagħarfu dejjem niċhdu lilna nfusna u nerfgħu salibna wara Ibnek Ġesu. Nitolbu Ismagħna nitolbuk Mulej
Presb. Mulej Alla li tista’ kollox, ieqaf magħna, bndemin dgħajfa, biex ma norbtux qalbna żżejjed mal-ġid li jgħaddi, iżda nkunu dejjem lesti niċħduh ħa niksbu l-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna AMEN
- Slides: 32