1 mien ilPatrijarki Abraham Lesperjenza taghom seet madwar
1. Żmien il-Patrijarki (Abraham) �L-esperjenza tagħhom seħħet madwar 18001550 QK. �Tliet ġenerazzjonijiet ta’ Patrijarki: Abraham, Isakk, Ġakobb. Għexu bħala nomadi qalb ħafna diffikultajiet li kellhom jaffrontaw speċjalment minħabba l-art li kellhom jokkupaw. �Alla jsejjaħ lil Abraham biex jitlaq minn art twelidu u dar missieru lejn art li kellu jurih. Abraham iqiegħed il-fiduċja sħiħa tiegħu f’Alla u jingħata l-wegħda li jkun missier ta’ nisel kbir. B’nislu jitbierku l-ġnus kollha tal-art. �F’dan il-perjodu insibu tradizzjonijiet orali li mbagħad ġew miktuba fil-ktieb tal-Ġenesi. (Ġen 12 -36)
2. Ġużeppi �Permezz taż-żgħażugħ Ġużeppi, wieħed minn ulied Ġakobb, il-familja mnissla minn Abraham temigra fl-Eġittu. Ilpoplu beda jikber (Ġen 36 -50) � 1600 QK
3. L-Eżodu (Mosè) �Din l-esperjenza seħħet madwar 13001200 QK. �Tibda persekuzzjoni qalila mill. Eġizzjani kontra l-Lhud li kienu jgħixu fl-Eġittu bħala minoranza etnika. Mosè jintgħażel biex isalva l-poplu mill -jasar u jmexxih lejn l-art imwiegħda. Fuq is-Sinaj, Alla jidħol f’patt malpoplu u jagħtih il-liġi bħala gwida (Eż 1 -24) �Hawn għandna il-formazzjoni tattradizzjonijiet orali li wara nsibuhom fil-ktieb tal-Eżodu.
4. Ġożwè �Madwar 1200 QK �Wara erbgħin sena ġiri fid-deżert, il-poplu jidħol fl-art ta’ Kangħan u jirbaħha mingħand il-Filistej u l-Kangħanin (Ktieb ta’ Ġożwè) �Insibu il-formazzjoni tat-tradizzjonijiet orali li wara narawhom miktuba fil-kotba ta’ Ġożwè u Mħallfin.
5. David �Madwar 1000 QK �Wara 200 sena taħt mexxejja magħżulin minn Alla, imsejħa “l. Imħallfin”, il-Poplu ried sultan, u Alla tah lil Sawl ma kienx fidil lejn Alla u għalhekk Alla għażel lil David, bniedem umli, iżda fl-istess waqt ta’ kapaċitajiet kbar. David rebaħ lil Ġerusalemm u ġab l-għaqda politika fost il-poplu kollu. Kien sultan “skont il-qalb” ta’ Alla, tant li Alla wegħdu: “Ilfamilja tiegħek u s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiem. ” Il. Messija, meta kellu jiġi, kellu jkun minnisel ta’ David u kellu jkun jixbah lil David (1 u 2 Samwel).
5. David �Wara David laħaq ibnu Salamun li bena t. Tempju bħala l-post uffiċjali tal-qima lejn Alla u simbolu tal-għaqda tal 0 -poplu (1 Slaten) �L-għaqda ma damitx, għax bil-mewt ta’ Salamun, il-poplu nqasam f’żewġ saltniet – ta’ fuq bis-Samarija bħala belt kapitali u dik ta’ isfel b’Ġerusalemm bħala l-kapitali. �L-għar kien li kemm is-slaten u kemm ilpoplu bdew jaduraw l-allat foloz u jwettqu l-inġustizzji u l-ħażen kontra Alla u kontra l-fqar. Kienu biss il-profeti li f’isem Alla, kienu jsejħu lis-slaten u lill-poplu għallindiema u għall-fedeltà lejn il-patt ma’ Alla
6. L-Eżilju (586) �Meta s-saltna ta’ fuq kienet ġa waqgħet taħt il-ħakma talassiri (721), Nabukadnessar, sultan tal-Babilonja, issa qered lil Ġerusalemm u ġarr lil kulħadd ilsir fil-Babilonja. LEżilju kien żmien ta’ niket kbir, iżda fl-istess waqt żmien li fih il-poplu għaraf il-ħażen tiegħu u beda jiftaħ qalbu għal rabta sinċiera ma’ Alla. �Il-Lhud issa tgħallmu li Alla mhux marbut ma’ pajjiż jew poplu wieħed, għax kulħadd jinsab fil-pjan tal-imħabba tiegħu. Tgħallmu jaraw il-preżenza ta’ Alla fit-tbatija wkoll, tbatija li ssaffi l-moħħ u l-qalb u twassal għal tama qawwija f’Alla waħdu. Kien f’dan iż-żmien ta’ riflessjoni li ssawwar l-ewwel kapitlu tal-Ġenesi li jippreżenta l-ħolqien tal-univers u l-pjan ta’ Alla għall-bnedmin kollha.
6. L-Eżilju �Kienu wkoll il-profeti, bħal Eżekjel u ddixxipli ta’ Isaija, li għenu l-poplu jissaffa mill-ħażen, idur lejn Alla, u jżomm ħajja ttama fit-twettiq talwegħdiet ta’ Alla.
6. It-Tieni Eżodu (538) �Il-Lhud iqisu l-ħelsien mill-jasar tal. Babilonja bl-ordni ta’ Ċiru, sultan tal. Persjani, bħala t-tieni Eżodu tagħhom. Lura f’art twelidu, il-poplu fittex li jibni mill-ġdid it-Tempju u s-swar ta’ Ġerusalemm. B’festa mill-akbar, ilpoplu reġa’ laqa’ mill-ġdid il-Kotba tal -liġi waqt li wiegħed lil Alla li jibqa’ fidil lejh. Kien f’dan iż-żmien li l. Kotba Mqaddsa, fil-biċċa l-kbira tagħhom, ingħataw il-forma definittiva li għandhom illum.
6. It-tieni Eżodu �Il-Perjodu sal-miġja ta’ Ġesù xejn ma kien faċli. Il-poplu kien l-ewwel taħt il-kontroll tal-Persjani (538 -333) imbagħad taħt il-Griegi (333 -63) u fl-aħħar taħt ir. Rumani. �Dan iż-żmien ta’ ħakma u xi drabi ta’ persekuzzjoni ġab żelu ġdid fost il-poplu, żelu għar-reliġjon, għall-qima ta’ Alla u għat-twettiq tal-liġi. Fuq kollox aktar ma bdew jirriflettu fuq is-sehem li Alla kellu fl-istorja kollha tagħhom, aktar bdew jifhmu li l-istorja għandha direzzjoni u pjan preċiż; pjan li kellu jilħaq il-qofol tiegħu fid-dehra ta’ Bin il-Bniedem, li fih isseħħ għal kollox il-għaqda tal-bnedmin ma’ Alla.
- Slides: 10